Malta m’għandhiex titgħabba bil-piżijiet żejda tal-politika militari tal-Unjoni Ewropea. Dawk l-istati membri li għażlu li jibqgħu barra mill-politika komuni ta’ difiża tal-Unjoni Ewropea ma għandhomx iġorru t-toqol finanzjarju ta’ nefqa akbar fid-difiża. Dan qalu Alfred Sant f’intervent fuq il-mozzjoni dwar ir-riżultat tal-laqgħa informali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Frar li ddiskutiet il-prijoritajiet politiċi tal-baġit tal-Unjoni wara l-2020. Il-Kunsill qabel dwar nefqa akbar għat-trażżin tal-immigrazzjoni illegali, għad-difiża u s-sigurta` kif ukoll għall-programm Erasmus+.

Dr Sant qal li sa issa l-Unjoni Ewropea għadha mhix unjoni militari.

“In-nefqa tad-difiża għandha tibqa’ separata mill-qafas finanzjarju komuni tal-Unjoni Ewropea. B’hekk dawk li jridu jipparteċipaw f’unjoni ta’ difiża jkunu jistgħu jagħmlu dan, mingħajr ma jimponu piż żejjed fuq dawk l-istati membri li jixtiequ li ma jipparteċipawx.” irrimarka Dr Sant.

“Meta nipproponu riżorsi proprji għall-iffinanzjar tal-UE, is-sensitivitajiet ekonomiċi ta’ kull stat membru għandhom ikunu rrispettati. Bl-istess mod, prijoritajiet ġodda li jeħtieġu finanzjament ma għandhomx jiddegradaw il-koeżjoni bħala għodda kruċjali għal politika Ewropea. Iridu jikkonsidraw il-kostituzzjonijiet differenti tal-istati membri. Id-difiża issa għal xi wħud saret prijorita`. L-Unjoni Ewropea għalissa għadha mhix għaqda militari.” qal l-Ewroparlamentari.

Malta, id-Danimarka u r-Renju Unit iddeċidew li ma jipparteċipawx fil-ftehim ġdid tal-UE dwar id-difiża u s-sigurta`.

 

MALTA M’GĦANDHIEX IĠĠORR PIŻIJIET ŻEJDA TAL-POLITIKA TAD-DIFIŻA TAL-UE

Malta m’għandhiex titgħabba bil-piżijiet żejda tal-politika militari tal-Unjoni Ewropea. Dawk l-istati membri li għażlu li jibqgħu barra mill-politika komuni ta’ ...
Read More

LEJN GWERRA KUMMERĊJALI

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qed jhedded li jimponi taxxa fuq l-importazzjoni tal-karozzi mill-Unjoni Ewropea. Trump qal li pajjiżi oħra ...
Read More

IL-PARLAMENT EWROPEW IĦADDAN IL-BIDLA F’GĦAWDEX

L-Artisti Għawdxin Christopher Saliba, Rachel Galea, Manuel Farrugia u Anthony Caruana qed jesebixxu 24 xogħol tal-arti bit-tema ‘Inħaddnu l-bidla f’Għawdex’, ...
Read More

€150 MILJUN GĦAR-RITORN TAL-IMMIGRANTI

Il-Kummissjoni Ewropea se toħroġ €150 miljun biex tiffinanzja programmi ta’ għajnuna għar-ritorn volontarju tal-immigranti u l-integrazzjoni tagħhom fl-Afrika. €115 miljun ...
Read More

MITEJN SENA BIEX L-ISTATI BALKANI JLAĦĦQU MAL-UE

L-istati Balkani tal-Punent jeħtieġu żieda fil-produttivita` u fit-twettiq tar-riformi qal il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD), inkella jridu jgħaddu mitejn ...
Read More

L-AWSTRIJA KONTRA IMPJANT NUKLEARI F’BUDAPEST

L-Awstrija ħadet passi legali fil-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea kontra l-UE għax tat permess lill-Ungerija tkabbar impjant nukleari f’Budapest. L-espansjoni se ssir ...
Read More

PROPOSTI ĠODDA DWAR TASSAZZJONI FL-UE PERIKOLUŻI GĦAL MALTA

Id-dħul finanzjarju li fuqu Malta tiċċarġja t-taxxi jew li huwa taxxabbli se jonqos bin-nofs bi proposta ġdida dwar l-armonizzazzjoni tat-taxxi ...
Read More

470, 000 PERSUNA FIS-SENA BIL-KANĊER TAL-MUSRANA L-KBIRA FL-EWROPA

Il-kanċer tal-musrana l-kbira huwa t-tieni l-aktar kanċer komuni fl-Ewropa. Kull sena, madwar 470, 000 persuna timrad bih. Nofshom imutu. Filwaqt ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment