Id-dħul finanzjarju li fuqu Malta tiċċarġja t-taxxi jew li huwa taxxabbli se jonqos bin-nofs bi proposta ġdida dwar l-armonizzazzjoni tat-taxxi fl-UE li ġiet approvata fil-Kumitat Ekonomiku u Monetarju tal-Parlament Ewropew (ECON). Fl-ECON saret votazzjoni biex l-Unjoni Ewropea ddaħħal sistema ta’ kontabilità komuni għal kif id-ditti jirrapportaw il-finanzi tagħhom (imsejħa CCTB). Din hi maħsuba biex fost affarijiet oħra tressaq is-sistemi ta’ taxxa fil-pajjiżi membri qrib ta’ xulxin u mhix fl-interess ta’ Malta. Dil-proposta issa se titressaq għall-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew fis-sessjoni plenarja ta’ Marzu.

Alfred Sant ivvota kontra dawn il-proposti, bħalu għamlu Ewroparlamentari minn stati membri żgħar fl-UE  fosthom minn Ċipru u l-Irlanda. Il-mozzjoni għaddiet b’maġġoranza komda.

Rapport minn ‘Tax Justice Network’ (TJN) jgħid li Malta tista’ titlef aktar min-nofs il-‘corporate tax base’ (dħul finanzjarju li fuqu jiġu ntaxxati l-kumpaniji tagħha) jekk il-Kummissjoni Ewropea tadotta l-miżuri proposti fl-ECON. Ir-rapport jiżvela li “grupp ta’ pajjiżi żgħar tal-UE, li jinkludi r-Repubblika Ċeka, l-Portugall u l-Isvezja jistgħu jistennew li l-corporate tax bases tagħhom jiċkienu b’terz, bit-tax base ta’ Malta, Slovenja u l-Estonja tinxtorob b’aktar min-nofs f’termini ta’ loss-consolidated tax base (dħul taxxabbli li minnu jitnaqqsu jew jiżdiedu l-profitti jew telf magħmula mal-UE kollha kemm hi) minħabba l-formula li tintuża biex jitkejlu l-profitti u t-telf  fis-CCCTB.”

It-‘Tax Justice Network’ huwa grupp ta’ riċerkaturi fl-oqsma tal-evitar tat-taxxa, il-kompetizzjoni fit-taxxa u t-tax havens.

MALTA M’GĦANDHIEX IĠĠORR PIŻIJIET ŻEJDA TAL-POLITIKA TAD-DIFIŻA TAL-UE

Malta m’għandhiex titgħabba bil-piżijiet żejda tal-politika militari tal-Unjoni Ewropea. Dawk l-istati membri li għażlu li jibqgħu barra mill-politika komuni ta’ ...
Read More

LEJN GWERRA KUMMERĊJALI

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qed jhedded li jimponi taxxa fuq l-importazzjoni tal-karozzi mill-Unjoni Ewropea. Trump qal li pajjiżi oħra ...
Read More

IL-PARLAMENT EWROPEW IĦADDAN IL-BIDLA F’GĦAWDEX

L-Artisti Għawdxin Christopher Saliba, Rachel Galea, Manuel Farrugia u Anthony Caruana qed jesebixxu 24 xogħol tal-arti bit-tema ‘Inħaddnu l-bidla f’Għawdex’, ...
Read More

€150 MILJUN GĦAR-RITORN TAL-IMMIGRANTI

Il-Kummissjoni Ewropea se toħroġ €150 miljun biex tiffinanzja programmi ta’ għajnuna għar-ritorn volontarju tal-immigranti u l-integrazzjoni tagħhom fl-Afrika. €115 miljun ...
Read More

MITEJN SENA BIEX L-ISTATI BALKANI JLAĦĦQU MAL-UE

L-istati Balkani tal-Punent jeħtieġu żieda fil-produttivita` u fit-twettiq tar-riformi qal il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD), inkella jridu jgħaddu mitejn ...
Read More

L-AWSTRIJA KONTRA IMPJANT NUKLEARI F’BUDAPEST

L-Awstrija ħadet passi legali fil-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea kontra l-UE għax tat permess lill-Ungerija tkabbar impjant nukleari f’Budapest. L-espansjoni se ssir ...
Read More

PROPOSTI ĠODDA DWAR TASSAZZJONI FL-UE PERIKOLUŻI GĦAL MALTA

Id-dħul finanzjarju li fuqu Malta tiċċarġja t-taxxi jew li huwa taxxabbli se jonqos bin-nofs bi proposta ġdida dwar l-armonizzazzjoni tat-taxxi ...
Read More

470, 000 PERSUNA FIS-SENA BIL-KANĊER TAL-MUSRANA L-KBIRA FL-EWROPA

Il-kanċer tal-musrana l-kbira huwa t-tieni l-aktar kanċer komuni fl-Ewropa. Kull sena, madwar 470, 000 persuna timrad bih. Nofshom imutu. Filwaqt ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment