Pjan Ewropew komuni għad-difiża jinjora l-interessi tal-pajjiżi newtrali filwaqt li jfassal struttura li taħdem fuq żewġ livelli –  ta’ pajjiżi li huma ġewwa u ta’ oħrajn li huma barra. Alfred Sant qal dan fil-Parlament Ewropew waqt id-dibattitu ‘Il-Pjan Ewropew ta’ Difiża u l-Futur tal-Ewropa’. Hu saħaq li l-industrija militari Ewropea tagħmel sewwa timbotta favur armonizzazzjoni tas-suq tal-armamenti, imma dan ma jiġġustifikax ‘pjan ta’ difiża’ għax l-armonizzazzjoni tista’ tinkiseb mingħajr pjan bħal dan.

“Jaqblilna nwettqu dan il-pjan? Ma naħsibx. Agħar minnhekk huwa r-raġunar attwali bbażat fuq l-idea li s-sigurta` esterna u dik interna huma wċuh differenti tal-istess munita. Dan mhux veru! Għalhekk pjan ta’ difiża aktarx jitkompla fuq il-bażi ta’ rispons militari ad hoc.”

Dr Sant qal li t-triq li tagħti għall-infern titwitta b’intenzjonijiet tajba.

“Hija ta’ dieqa, imma probabbli li l-ideat attwali li fuqhom jitnieda pjan Ewropew ta’ difiża jimxu fuq dil-linja. Pjan Ewropew ta’ difiża jaħdem tajjeb biss jekk ikun ibbażat fuq definizzjoni ċara ta’ x’inhuma l-interessi komuni tal-UE fid-difiża u sigurta` biex tilqa’ għat-theddid ta’ entitajiet statali oħra. Din id-definizzjoni għadha ma nħolqitx b’mod koerenti. Pjan bħal dan jeħtieġ ukoll ħsieb militari kif jitħarsu l-interessi ta’ sigurta` u difiża, ibbażati fuq riżorsi koordinati, u bl-abbilta` li jmorru għal gwerra. Ma jidher l-ebda ħsieb bħal dan fil-futur prevedibbli,” qal Dr Sant.

TRAFFIKANTI JAGĦMLU €1.4 BILJUN EWRO MIL-LIBJA BISS

It-trasport tal-immigranti sar negozju li jrendi tajjeb għat-traffikanti tal-persuni, li qed jagħmlu profitt ta’ €1.4 biljun ewro fil-Libja biss. Bil-profitti ...
Read More

PJAN EWROPEW TA’ DIFIŻA JINJORA L-INTERESSI TAL-PAJJIŻI NEWTRALI

Pjan Ewropew komuni għad-difiża jinjora l-interessi tal-pajjiżi newtrali filwaqt li jfassal struttura li taħdem fuq żewġ livelli -  ta’ pajjiżi ...
Read More

IR-RUSSJA TWAQQAF IL-KONTRIBUZZJONI TAGĦHA LEJN IL-KUNSILL TAL-EWROPA

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu Sergey Lavrov qal lill-Kunsill tal-Ewropa li r-Russja kienet qed tissospendi l-ħlasijiet tal-kontribuzzjonijiet tagħha fil-baġit tal-istituzzjoni. Dan ...
Read More

JINŻEL IL-QGĦAD FL-ISTATI MEMBRI KOLLHA

Ir-rata tal-qgħad fl-Unjoni Ewropea kollha niżlet minn 8.7% f’Mejju tal-2016 għal 7.8% f’Mejju tal-2017. Fiż-żona ewro l-qgħad naqas minn 10.2% ...
Read More

STATI FIL-PERIFERIJA TAL-EWROPA BŻONN IL-FLESSIBILITA` FIT-TAXXA

Stati Ewropej li għandhom riżorsi limitati, speċjalment dawk fil-periferija tal-Ewropa, għandhom bżonn il-flessibilita` fit-taxxa biex iżidu l-attivita` ekonomika. Dan qalu ...
Read More

ID-DOLLARU JIBQA’ QUDDIEM L-EWRO

Id-dollaru Amerikan baqa’ aktar b’saħħtu mill-Ewro tant li fil-perijodu 2016-2017 ir-rwol tal-ewro fis-swieq finanzjarji naqas.  L-Ewro baqgħet it-tieni l-aktar munita ...
Read More

MALTA SE TITLEF ALLEAT FL-UE

Malta, l-Olanda u r-Renju Unit kellhom vuċi b’saħħitha dwar is-servizzi finanzjarji fl-Unjoni Ewropea kontra l-pożizzjoni tal-Ġermanja u Franza li togħrokhom ...
Read More

FTEHIM BEJN IL-ĠAPPUN U L-UE

Intlaħaq qbil dwar ftehim ħieles komuni bejn il-Ġappun u l-Unjoni Ewropea. Il-President tal-Kunsill tal-UE Donald Tusk u l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment