Intlaħaq qbil dwar ftehim ħieles komuni bejn il-Ġappun u l-Unjoni Ewropea. Il-President tal-Kunsill tal-UE Donald Tusk u l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker flimkien mal-PM Ġappuniż Shinzo Abe kkonfermaw li qablu fil-prinċipju mal-ftehim ta’ kummerċ ħieles konkluż bejn iż-żewġ naħat (JEFTA). Iż-żewġ partijiet jittamaw li jiffinalizzaw kompletament il-ftehim sal-aħħar ta’ din is-sena wara li jiftiehmu dwar il-kapitlu relatat mal-protezzjoni tal-investiment. L-implimentazzjoni tal-ftehim tidħol fis-seħħ mhux qabel l-2019.

In-negozjati tal-kummerċ ħieles bejn il-Ġappun u l-UE tnidew fl-2013 u ngħataw spinta meta fil-bidu tal-2017 il-President tal-Istati Uniti Donald Trump irtira pajjiżu mit-Transpacific Partnership (TPP) – ftehim ta’ kummerċ imwaqqaf fl-2015 bejn il-Ġappun u għaxar pajjiżi oħra fir-reġjun Asjatiku/Paċifiku.

Il-ftehim jagħmel parti minn ‘partnership’ strateġiku usa’ li jorbot b’mod legali r-relazzjonijiet fuq livell politiku f’madwar 30 qasam ieħor fosthom il-kooperazzjoni fuq is-sigurta`.

TRAFFIKANTI JAGĦMLU €1.4 BILJUN EWRO MIL-LIBJA BISS

It-trasport tal-immigranti sar negozju li jrendi tajjeb għat-traffikanti tal-persuni, li qed jagħmlu profitt ta’ €1.4 biljun ewro fil-Libja biss. Bil-profitti ...
Read More

PJAN EWROPEW TA’ DIFIŻA JINJORA L-INTERESSI TAL-PAJJIŻI NEWTRALI

Pjan Ewropew komuni għad-difiża jinjora l-interessi tal-pajjiżi newtrali filwaqt li jfassal struttura li taħdem fuq żewġ livelli -  ta’ pajjiżi ...
Read More

IR-RUSSJA TWAQQAF IL-KONTRIBUZZJONI TAGĦHA LEJN IL-KUNSILL TAL-EWROPA

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu Sergey Lavrov qal lill-Kunsill tal-Ewropa li r-Russja kienet qed tissospendi l-ħlasijiet tal-kontribuzzjonijiet tagħha fil-baġit tal-istituzzjoni. Dan ...
Read More

JINŻEL IL-QGĦAD FL-ISTATI MEMBRI KOLLHA

Ir-rata tal-qgħad fl-Unjoni Ewropea kollha niżlet minn 8.7% f’Mejju tal-2016 għal 7.8% f’Mejju tal-2017. Fiż-żona ewro l-qgħad naqas minn 10.2% ...
Read More

STATI FIL-PERIFERIJA TAL-EWROPA BŻONN IL-FLESSIBILITA` FIT-TAXXA

Stati Ewropej li għandhom riżorsi limitati, speċjalment dawk fil-periferija tal-Ewropa, għandhom bżonn il-flessibilita` fit-taxxa biex iżidu l-attivita` ekonomika. Dan qalu ...
Read More

ID-DOLLARU JIBQA’ QUDDIEM L-EWRO

Id-dollaru Amerikan baqa’ aktar b’saħħtu mill-Ewro tant li fil-perijodu 2016-2017 ir-rwol tal-ewro fis-swieq finanzjarji naqas.  L-Ewro baqgħet it-tieni l-aktar munita ...
Read More

MALTA SE TITLEF ALLEAT FL-UE

Malta, l-Olanda u r-Renju Unit kellhom vuċi b’saħħitha dwar is-servizzi finanzjarji fl-Unjoni Ewropea kontra l-pożizzjoni tal-Ġermanja u Franza li togħrokhom ...
Read More

FTEHIM BEJN IL-ĠAPPUN U L-UE

Intlaħaq qbil dwar ftehim ħieles komuni bejn il-Ġappun u l-Unjoni Ewropea. Il-President tal-Kunsill tal-UE Donald Tusk u l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment