Malta, l-Olanda u r-Renju Unit kellhom vuċi b’saħħitha dwar is-servizzi finanzjarji fl-Unjoni Ewropea kontra l-pożizzjoni tal-Ġermanja u Franza li togħrokhom għajnejhom bl-operat tas-servizzi finanzjarji f’dawn il-pajjiżi. Bil-Brexit Malta se titlef alleat kbir bit-tluq tar-Renju Unit mill-UE li kellha vuċi qawwija favur l-operat tas-servizzi finanzjarji f’pajjiżhom u f’pajjiżna.” Dan qalu Alfred Sant f’Konferenza dwar Malta u l-Brexit f’Birżebbuġa.

Fl-aħħar 20 sena Malta attirat servizzi finanzjarji b’kontribut enormi lill-ekonomija Maltija.

 “Bit-tluq tar-Renju Unit mill-UE żgur se tiżdied il-pressjoni biex il-pajjiżi kollha tal-UE jidħlu fiż-żona Ewro. Se tiżdied il-pressjoni wkoll għal Teżorerija waħda tal-Ewro u sistema waħda ta’ taxxi mal-pajjiżi kollha tal-UE. Ċert li l-Gvern Malti se jibqa’ ffokat fuq dawn l-iżviluppi biex jibqa’ jħares l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin fis-setturi ekonomiċi, fit-turiżmu, fis-servizzi finanzjarji, il-qasam edukattiv. It-turiżmu Britanniku f’Malta wara t-tluq tar-Renju Unit mill-UE jiddependi mill-ekonomija fir-Renju Unit u jista’ jkun hemm sinjali pożittivi oħra fil-qasam tad-Duty free f’Malta. Il-pensjonanti tas-servizzi Ingliżi mhux se jiġu affettwati ħlief għar-rata tal-kambju bejn l-Isterlina u l-Ewro. Bit-tluq tar-Renju Unit mill-UE, ikun analizzat l-effett fuq l-esportazzjoni. Waħda mill-ewwel effetti tal-BREXIT f’Malta kienet id-deċiżjoni li De La Rue jibqgħu joperaw f’Malta biex ikollhom sieq fl-Unjoni Ewropea. Dan sar fl-istess żmien li l-Gvern Malti ġab lejn Malta il-fabbrika CRANE mill-Istati Uniti.”

TRAFFIKANTI JAGĦMLU €1.4 BILJUN EWRO MIL-LIBJA BISS

It-trasport tal-immigranti sar negozju li jrendi tajjeb għat-traffikanti tal-persuni, li qed jagħmlu profitt ta’ €1.4 biljun ewro fil-Libja biss. Bil-profitti ...
Read More

PJAN EWROPEW TA’ DIFIŻA JINJORA L-INTERESSI TAL-PAJJIŻI NEWTRALI

Pjan Ewropew komuni għad-difiża jinjora l-interessi tal-pajjiżi newtrali filwaqt li jfassal struttura li taħdem fuq żewġ livelli -  ta’ pajjiżi ...
Read More

IR-RUSSJA TWAQQAF IL-KONTRIBUZZJONI TAGĦHA LEJN IL-KUNSILL TAL-EWROPA

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu Sergey Lavrov qal lill-Kunsill tal-Ewropa li r-Russja kienet qed tissospendi l-ħlasijiet tal-kontribuzzjonijiet tagħha fil-baġit tal-istituzzjoni. Dan ...
Read More

JINŻEL IL-QGĦAD FL-ISTATI MEMBRI KOLLHA

Ir-rata tal-qgħad fl-Unjoni Ewropea kollha niżlet minn 8.7% f’Mejju tal-2016 għal 7.8% f’Mejju tal-2017. Fiż-żona ewro l-qgħad naqas minn 10.2% ...
Read More

STATI FIL-PERIFERIJA TAL-EWROPA BŻONN IL-FLESSIBILITA` FIT-TAXXA

Stati Ewropej li għandhom riżorsi limitati, speċjalment dawk fil-periferija tal-Ewropa, għandhom bżonn il-flessibilita` fit-taxxa biex iżidu l-attivita` ekonomika. Dan qalu ...
Read More

ID-DOLLARU JIBQA’ QUDDIEM L-EWRO

Id-dollaru Amerikan baqa’ aktar b’saħħtu mill-Ewro tant li fil-perijodu 2016-2017 ir-rwol tal-ewro fis-swieq finanzjarji naqas.  L-Ewro baqgħet it-tieni l-aktar munita ...
Read More

MALTA SE TITLEF ALLEAT FL-UE

Malta, l-Olanda u r-Renju Unit kellhom vuċi b’saħħitha dwar is-servizzi finanzjarji fl-Unjoni Ewropea kontra l-pożizzjoni tal-Ġermanja u Franza li togħrokhom ...
Read More

FTEHIM BEJN IL-ĠAPPUN U L-UE

Intlaħaq qbil dwar ftehim ħieles komuni bejn il-Ġappun u l-Unjoni Ewropea. Il-President tal-Kunsill tal-UE Donald Tusk u l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment