Martin Schulz, mexxej tas-Soċjal Demokratiċi fil-Ġermanja qed iħeġġeġ lil sħabu biex jimbottaw favur l-idea ta’ stati uniti tal-Ewropa sas-sena 2025. Schulz qed jipprova jħajjar lill-SPD jidħlu f’koalizzjoni ‘grandjuża’ ma’ Angela Merkel. Merkel hija xettika dwar il-proposta ta’ Schulz u tippreferi tikkonċentra fuq kooperazzjoni fid-difiża, ħolqien ta’ impjiegi u innovazzjoni sas-sena 2025.

Din il-ġimgħa l-Kungress tal-SPD se jiddeċiedi dwar il-proposta ta’ Schulz. Wara r-riżultat diżappuntanti fl-elezzjoni ta’ Settembru Schulz kien qal li jaqbel li l-SPD imur fl-Oppożizzjoni.

Il-fergħa taż-żgħażagħ tal-SPD ma taqbilx mal-koalizzjoni għax qed tirraġuna li jekk ikunu parti mill-gvern, l-Oppożizzjoni tkun iddominata mill-Partit tal-Lemin estrem(AfD) li fil-Ġermanja ġie vvotat bħala t-tielet l-akbar partit fl-elezzjonijiet ta’ Settembru. “Għandna responsabbilta` storika li ma nkunux parti mill-koalizzjoni grandjuża”, qed jgħidu ż-żgħażagħ tal-SPD.

Schulz huwa personalita` popolari u qed jitkellem favur aġenda soċjali fl-Ewropa.

“L-Ewropa mhux dejjem taħdem għaċ-ċittadini tagħha, aktar iva milli le taħdem favur il-kumpaniji l-kbar”, qal Schulz.

Jekk il-Kungress tal-SPD ma japprovax il-koalizzjoni ma’ Merkel, il-futur politiku ta’ Schulz ma jkunx ward u żahar.

L-akbar tama ta’ Merkel huwa li tifforma r-raba’ gvern ta’ koalizzjoni wara li fallew it-taħditiet mal-Ħodor u mal-Liberali Demokratiċi.

 

UĠIGĦ TA’ RAS GĦAŻ-ŻONA EWRO

Is-Summit bejn il-mexxejja tal-pajjiżi kollha tal-UE għada 15 ta’ Diċembru mistenni jiddiskuti proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-integrazzjoni taż-żona ewro. Pożizzjoni ...
Read More

SCHULZ FAVUR STATI UNITI TAL-EWROPA

Martin Schulz, mexxej tas-Soċjal Demokratiċi fil-Ġermanja qed iħeġġeġ lil sħabu biex jimbottaw favur l-idea ta’ stati uniti tal-Ewropa sas-sena 2025 ...
Read More

€151 BILJUN MITLUFA ĦABBA FRODI FIL-VAT KULL SENA

Kull sena, l-istati membri tal-UE jitilfu aktar minn €151 biljun fid-dħul tagħhom minħabba frodi fil-VAT, inklużi €50 biljun bis-saħħa ta’ ...
Read More

JAQBLU DWAR ID-DIVORZJU

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u l-PM Ingliża Theresa May laħqu ftehim dwar l-ewwel fażi tad-divorzju bejn ir-Renju Unit u ...
Read More

L-IRLANDA TIĠBOR  IT-TAXXI DOVUTI MILL-KUMPANIJA APPLE

Il-Gvern Irlandiż se jibda jiġbor it-taxxa dovuta mill-Kumpanija Apple fil-bidu tal-2018. F’Ottubru li għadda l-Kummissjoni Ewropea rreferiet lill-Irlanda lill-Qorti tal-Ġustizzja ...
Read More

TOKYO U L-UE JAQBLU DWAR KUMMERĊ ĦIELES

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker iltaqa’ mal-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe fi Brussell biex iffinalizzaw l-aħħar dettalji ta’ ftehim ...
Read More

 FAVUR TRASPARENZA, KONTRA L-ARMONIZZAZZJONI FIT-TASSAZZJONI

Alfred Sant esprima l-appoġġ tiegħu favur miżuri għal aktar trasparenza fit-taxxa iżda oppona l-proposti dwar miżuri għall-armonizzazzjoni tat-taxxa fuq livell ...
Read More

L-UKRENI FAVUR IN-NATO U SĦUBIJA FL-UE  

Il-President Ukren Petro Poroshenko qal li fil-ġejjieni qarib fl-Ukraina se jsir referendum li fih il-poplu Ukren jappoġġja d-dħul tal-Ukraina fin-NATO ...
Read More

 

 

Facebook Comments

Post a comment