Is-Summit bejn il-mexxejja tal-pajjiżi kollha tal-UE għada 15 ta’ Diċembru mistenni jiddiskuti proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-integrazzjoni taż-żona ewro. Pożizzjoni ċara tal-Ġermanja hija kruċjali ħafna f’dan ir-rigward u l-kollass għall-formazzjoni ta’ Gvern ġdid fil-pajjiż jista’ jwassal biex jieqfu għalissa dawn il-pjanijiet ambizzjużi u d-deċiżjonijiet ikunu posposti għas-Summit ta’ Ġunju tas-sena d-dieħla fi Brussell.

Il-ġimgħa l-oħra l-Kummissjoni Ewropea żvelat pjan li jagħtiha aktar poter fuq iż-żona ewro. Il-Kummissjoni qed tipproponi Ministru tal-Finanzi Ewropew sal-bidu tal-2019 li jkollu l-kariga li jgħasses fuq it-tmexxija tal-finanzi tal-istati membri u l-baġit Ewropew.

Il-Kummissjoni qalet li mhux se jkun hemm baġit għaż-żona ewro kif propost mill-President Franċiż Emmanuel Macron. Il-Kummissjoni insistiet li d-dħul fiż-żona ewro għandu jibqa’ miftuħ għat-tmien stati membri li għad mhux qed jużaw il-munita waħda. Dawn jirrappreżentaw 15% tal-ġid komuni tal-UE.

Il-pjan ppreżentat mill-Kummissjoni se jqanqal dibattitu dwar il-poter tal-Kummissjoni fuq l-istati membri, li se jkompli jiżdied.

Il-Kummissjoni qalet li l-bidliet se jagħmlu l-governanza taż-żona ewro ‘aktar trasparenti u aktar demokratika’ għax il-PE se jkollu aktar sorveljanza, speċjalment jekk il-president tal-grupp tal-ewro jkun ukoll kummissarju.

Jidher ċar li s-Summit ta’ għada mhux se jkun it-tmiem tal-istorja għaliex l-istati membri mhux kuntenti jagħtu aktar poteri lill-istituzzjonijiet tal-UE filwaqt li huma jitilfu aktar saħħa fuq is-sovranita` finanzjarja tagħhom.

 

UĠIGĦ TA’ RAS GĦAŻ-ŻONA EWRO

Is-Summit bejn il-mexxejja tal-pajjiżi kollha tal-UE għada 15 ta’ Diċembru mistenni jiddiskuti proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-integrazzjoni taż-żona ewro. Pożizzjoni ...
Read More

SCHULZ FAVUR STATI UNITI TAL-EWROPA

Martin Schulz, mexxej tas-Soċjal Demokratiċi fil-Ġermanja qed iħeġġeġ lil sħabu biex jimbottaw favur l-idea ta’ stati uniti tal-Ewropa sas-sena 2025 ...
Read More

€151 BILJUN MITLUFA ĦABBA FRODI FIL-VAT KULL SENA

Kull sena, l-istati membri tal-UE jitilfu aktar minn €151 biljun fid-dħul tagħhom minħabba frodi fil-VAT, inklużi €50 biljun bis-saħħa ta’ ...
Read More

JAQBLU DWAR ID-DIVORZJU

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u l-PM Ingliża Theresa May laħqu ftehim dwar l-ewwel fażi tad-divorzju bejn ir-Renju Unit u ...
Read More

L-IRLANDA TIĠBOR  IT-TAXXI DOVUTI MILL-KUMPANIJA APPLE

Il-Gvern Irlandiż se jibda jiġbor it-taxxa dovuta mill-Kumpanija Apple fil-bidu tal-2018. F’Ottubru li għadda l-Kummissjoni Ewropea rreferiet lill-Irlanda lill-Qorti tal-Ġustizzja ...
Read More

TOKYO U L-UE JAQBLU DWAR KUMMERĊ ĦIELES

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker iltaqa’ mal-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe fi Brussell biex iffinalizzaw l-aħħar dettalji ta’ ftehim ...
Read More

 FAVUR TRASPARENZA, KONTRA L-ARMONIZZAZZJONI FIT-TASSAZZJONI

Alfred Sant esprima l-appoġġ tiegħu favur miżuri għal aktar trasparenza fit-taxxa iżda oppona l-proposti dwar miżuri għall-armonizzazzjoni tat-taxxa fuq livell ...
Read More

L-UKRENI FAVUR IN-NATO U SĦUBIJA FL-UE  

Il-President Ukren Petro Poroshenko qal li fil-ġejjieni qarib fl-Ukraina se jsir referendum li fih il-poplu Ukren jappoġġja d-dħul tal-Ukraina fin-NATO ...
Read More

 

 

Facebook Comments

Post a comment