Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker iltaqa’ mal-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe fi Brussell biex iffinalizzaw l-aħħar dettalji ta’ ftehim ekonomiku bejn iż-żewġ naħat. Il-ftehim se jkun qed ikopri 99% tal-kummerċ ta’ oġġetti bejn iż-żewġ naħat. Dan huwa l-iktar ftehim ta’ kummerċ importanti li qatt innegozjat l-UE. Il-Ġappun huwa r-raba’ l-ikbar ekonomija tad-dinja.

Il-kapitli dwar il-kummerċ huma lesti. Issa jmiss ftehim dwar il-kapitli relatati mal-investiment. Għalissa l-istandards taż-żewġ naħat għadhom differenti wisq. “Jeħtieġ ftit aktar żmien biex jintlaħaq ftehim f’dan il-qasam.” qalet il-Kummissarju Ewropea tal-Kummerċ Cecilia Malmstrom.

Bil-ftehim 85% tal-esportazzjoni tal-ikel tal-UE lejn il-Ġappun se tkun liberalizzata. Min-naħa tagħha l-Unjoni Ewropea qed toffri aċċess aħjar fis-suq tagħha għas-settur tal-karozzi u spare parts Ġappuniżi. Għal prodotti tal-ħalib, l-UE kisbet ftuħ gradwali fis-suq Ġappuniż fuq ċertu tip ta’ ġobon. Rigward xorb alkoħoliku u inbid, mal-implimentazzjoni tal-ftehim se jitneħħa d-dazju ta’ 15%. Il-kummerċ ta’ prodotti bħal gallettini, għaġin u ċikkulata se jkun liberalizzat ftit ftit fuq perijodu ta’ għaxar snin.

Għal karozzi Ġappuniżi se jitneħħew it-taxxi fl-UE fuq karozzi privati.

L-Ewropej u l-Ġappuniżi stabilew prinċipji komuni fuq ir-regoli ta’ governanza tal-kumpaniji, kompetizzjoni, sussidji u intrapriżi tal-istat, kif ukoll dwar l-appoġġ lil kumpaniji żgħar u medji.

 

UĠIGĦ TA’ RAS GĦAŻ-ŻONA EWRO

Is-Summit bejn il-mexxejja tal-pajjiżi kollha tal-UE għada 15 ta’ Diċembru mistenni jiddiskuti proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-integrazzjoni taż-żona ewro. Pożizzjoni ...
Read More

SCHULZ FAVUR STATI UNITI TAL-EWROPA

Martin Schulz, mexxej tas-Soċjal Demokratiċi fil-Ġermanja qed iħeġġeġ lil sħabu biex jimbottaw favur l-idea ta’ stati uniti tal-Ewropa sas-sena 2025 ...
Read More

€151 BILJUN MITLUFA ĦABBA FRODI FIL-VAT KULL SENA

Kull sena, l-istati membri tal-UE jitilfu aktar minn €151 biljun fid-dħul tagħhom minħabba frodi fil-VAT, inklużi €50 biljun bis-saħħa ta’ ...
Read More

JAQBLU DWAR ID-DIVORZJU

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u l-PM Ingliża Theresa May laħqu ftehim dwar l-ewwel fażi tad-divorzju bejn ir-Renju Unit u ...
Read More

L-IRLANDA TIĠBOR  IT-TAXXI DOVUTI MILL-KUMPANIJA APPLE

Il-Gvern Irlandiż se jibda jiġbor it-taxxa dovuta mill-Kumpanija Apple fil-bidu tal-2018. F’Ottubru li għadda l-Kummissjoni Ewropea rreferiet lill-Irlanda lill-Qorti tal-Ġustizzja ...
Read More

TOKYO U L-UE JAQBLU DWAR KUMMERĊ ĦIELES

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker iltaqa’ mal-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe fi Brussell biex iffinalizzaw l-aħħar dettalji ta’ ftehim ...
Read More

 FAVUR TRASPARENZA, KONTRA L-ARMONIZZAZZJONI FIT-TASSAZZJONI

Alfred Sant esprima l-appoġġ tiegħu favur miżuri għal aktar trasparenza fit-taxxa iżda oppona l-proposti dwar miżuri għall-armonizzazzjoni tat-taxxa fuq livell ...
Read More

L-UKRENI FAVUR IN-NATO U SĦUBIJA FL-UE  

Il-President Ukren Petro Poroshenko qal li fil-ġejjieni qarib fl-Ukraina se jsir referendum li fih il-poplu Ukren jappoġġja d-dħul tal-Ukraina fin-NATO ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment