Alfred Sant esprima l-appoġġ tiegħu favur miżuri għal aktar trasparenza fit-taxxa iżda oppona l-proposti dwar miżuri għall-armonizzazzjoni tat-taxxa fuq livell Ewropew meta ntalab jindirizza l-konferenza “Nibnu sistema tat-taxxa fl-UE” organizzata mill-European Tax Adviser Federation (ETAF) fi Brussell.

Il-Kummissarju Ewropew Pierre Moscovici kien preżenti għal din il-konferenza li kellha l-għan tgħaqqad l-Ewroparlamentari, rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u l-Presidenti tal-Kunsill tal-UE u professjonisti fil-qasam tat-tassazzjoni bl-għan li jkun diskuss ir-rwol tal-intermedjarji f’ “sistema Ewropea ta’ taxxa aktar ġusta”.

“Huwa normali li l-korporazzjonijiet iridu jimminimizzaw il-kont tat-taxxa tagħhom, il-kwistjoni hija hux qed jagħmlu dan b’mod legali jew le. Nemmen li numru kbir ta’ korporazzjonijiet jixtiequ ippjanar tat-taxxa li hu legali u trasparenti,” qal l-Ewroparlamentari Malti.

Dr Sant saħaq li din il-leġiżlazzjoni “hija diġa` pass ’il quddiem li jiddefinixxi u jirregola kif se jkunu qed jaħdmu l-intermedjarji”. Mistoqsi dwar kif il-korporazzjonijiet se jkunu qed jirreaġixxu, l-MPE Malti saħaq li jista’ jkun hemm reazzjonijiet psikoloġiċi mill-klijenti, imma min-naħa l-oħra, “mhux il-korporazzjonijiet kollha huma immorali u qarrieqa”.

 

UĠIGĦ TA’ RAS GĦAŻ-ŻONA EWRO

Is-Summit bejn il-mexxejja tal-pajjiżi kollha tal-UE għada 15 ta’ Diċembru mistenni jiddiskuti proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-integrazzjoni taż-żona ewro. Pożizzjoni ...
Read More

SCHULZ FAVUR STATI UNITI TAL-EWROPA

Martin Schulz, mexxej tas-Soċjal Demokratiċi fil-Ġermanja qed iħeġġeġ lil sħabu biex jimbottaw favur l-idea ta’ stati uniti tal-Ewropa sas-sena 2025 ...
Read More

€151 BILJUN MITLUFA ĦABBA FRODI FIL-VAT KULL SENA

Kull sena, l-istati membri tal-UE jitilfu aktar minn €151 biljun fid-dħul tagħhom minħabba frodi fil-VAT, inklużi €50 biljun bis-saħħa ta’ ...
Read More

JAQBLU DWAR ID-DIVORZJU

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u l-PM Ingliża Theresa May laħqu ftehim dwar l-ewwel fażi tad-divorzju bejn ir-Renju Unit u ...
Read More

L-IRLANDA TIĠBOR  IT-TAXXI DOVUTI MILL-KUMPANIJA APPLE

Il-Gvern Irlandiż se jibda jiġbor it-taxxa dovuta mill-Kumpanija Apple fil-bidu tal-2018. F’Ottubru li għadda l-Kummissjoni Ewropea rreferiet lill-Irlanda lill-Qorti tal-Ġustizzja ...
Read More

TOKYO U L-UE JAQBLU DWAR KUMMERĊ ĦIELES

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker iltaqa’ mal-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe fi Brussell biex iffinalizzaw l-aħħar dettalji ta’ ftehim ...
Read More

 FAVUR TRASPARENZA, KONTRA L-ARMONIZZAZZJONI FIT-TASSAZZJONI

Alfred Sant esprima l-appoġġ tiegħu favur miżuri għal aktar trasparenza fit-taxxa iżda oppona l-proposti dwar miżuri għall-armonizzazzjoni tat-taxxa fuq livell ...
Read More

L-UKRENI FAVUR IN-NATO U SĦUBIJA FL-UE  

Il-President Ukren Petro Poroshenko qal li fil-ġejjieni qarib fl-Ukraina se jsir referendum li fih il-poplu Ukren jappoġġja d-dħul tal-Ukraina fin-NATO ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment