Il-President Tuneżin Beji Caid Essebsi beda żjara fi Brussell. L-UE qed tgħid li lesta tgħin lit-Tuneżija u pajjiżi ġirien tal-Mediterran jekk dawn jieħdu deċiżjonijiet politiċi u ekonomiċi serji u jwettqu riformi soċjali. Fl-istess żmien f’Tunis intemmet konferenza dwar l-investiment Ewropew bl-għan li jsir ftehim finanzjarju. Il-Bank Ċentrali Ewropew wiegħed appoġġ li jammonta għal €2.5 biljun ewro sal-2020 lit-Tuneżija. Il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u Żvilupp diġa` pprovda €350 miljun f’assistenza u qed iwiegħed li jinvesti €650 miljun ieħor. Ftit mill-programmi ta’ għajnuna jiffokaw fuq proġetti bħal pereżempju dawk għal ħolqien tal-enerġija mix-xemx.

Il-Kap tad-delegazzjoni tal-UE għat-Tuneżija, l-ambaxxatur Patrice Bergamini qal li mill-2011 l-UE saret l-aktar istituzzjoni li tipprovdi fondi lil dan il-pajjiż, u issa b’mod aktar massiv. Il-Parlament Ewropew fost oħrajn, ippropona Marshall Plan għat-Tuneżija li qanqal ħafna dibattitu fost il-poplu Tuneżin. Din il-proposta ma sabitx l-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kunsill tal-Ministri. L-Ambaxxatur qal li ‘Marshall Plan’ mhux espressjoni tajba għax għandha konnotazzjonijiet li toħodna lura għat-tieni gwerra dinjija, iżda qal li l-UE lesta tgħin lit-Tuneżija fil-bidliet li trid twettaq. L-Ambaxxatur qal li t-Tuneżija għandha sens qawwi ta’ demokrazija iżda dan il-proċess storiku qed jaffaċċja sfidi soċjali u ekonomiċi.

L-UE trid soluzzjonijiet fuq livell reġjonali f’dan il-pajjiż. Uħud mill-isfidi tat-Tuneżija huma simili bħal tal-ġirien tagħha. Il-metodi użati fuq livell reġjonali huma introdotti biex jiġġieldu t-terroriżmu u l-qgħad fost iż-żgħażagħ. Wara r-Rebbiegħa Għarbija tal-2011 ħafna Tuneżini ppretendew għajnuna mill-Unjoni Ewropea.

QED IBERRAQ BEJN L-UE U T-TURKIJA

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tork Omer Celik ħabbar li pajjiżu mhu se jaċċetta xejn anqas milli jkun membru sħiħ tal-UE. Dan ...
Read More

SFIDI ĠODDA GĦAL MALTA

L-iżviluppi fl-Ewropa fis-sentejn u nofs li ġejjin se jkunu qed joffru sfidi ġodda għal Malta li rridu noqogħdu attenti minnhom ...
Read More

JUNCKER: TRUMP MA JAFX KIF TAĦDEM L-EWROPA

Jean Claude Juncker qed jaħseb li bil-wasla ta’ Trump fil-White House, in-negozjati għal ftehim ta’ kummerċ u investiment bejn l-UE ...
Read More

NUMRU REKORD TA’ IMMIGRANTI FUQ IX-XTUT TALJANI

In-numru ta’ immigranti li waslu fuq il-kosta Taljana f’Ottubru laħaq is-27, 500. Dan huwa livell rekord hekk kif in-numru rdoppja ...
Read More

ŻBALL LI L-UE TINFIREX LEJN ĦIDMIET MILITARI

Hu żball li l-Unjoni Ewropea tipprova tafferma l-għaqda tagħha billi tinfirex lejn ħidmiet militari. Dan qalu Alfred Sant fil-Parlament Ewropew meta ta ...
Read More

IL-PRESIDENT TUNEŻIN FI BRUSSELL

Il-President Tuneżin Beji Caid Essebsi beda żjara fi Brussell. L-UE qed tgħid li lesta tgħin lit-Tuneżija u pajjiżi ġirien tal-Mediterran ...
Read More

IR-REGOLI TAŻ-ŻONA EWRO GĦANDHOM IKUNU RIVEDUTI

L-Ewropa għandha bżonn tagħraf li, indipendentement mill-Brexit u Trump, ir-regoli dwar l-investiment, ir-riformi strutturali u l-konsolidament fiskali jkunu riveduti. Fil-Parlament ...
Read More

KONTROLLI FUQ IL-QBID TAL-PIXXISPAD

Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tal-Ħut (ICCAT) qablet fuq pjan ta’ 15-il sena biex tipproteġi l-pixxispad. Il-Kummissjoni Ewropea qablet ukoll ma’ dan ...
Read More

ANQAS ŻEBBUĠ FL-EWROPA

Il-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa għas-sena 2016-2017 se tonqos b’10% fl-Ewropa kollha, l-aktar minħabba kundizzjonijiet klimatiċi kif ukoll minħabba attakki ta’ mard ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment