L-Ewropa għandha bżonn tagħraf li, indipendentement mill-Brexit u Trump, ir-regoli dwar l-investiment, ir-riformi strutturali u l-konsolidament fiskali jkunu riveduti. Fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu Dr Alfred Sant qal li r-regoli tas-Semestru Ewropew ma wasslux għal Ewropa aktar stabbli u għal fejqan ekonomiku aktar sostenibbli. Ir-regoli ma rnexxilhomx jagħtu spinta lil ekonomija Ewropea, ma naqqsux il-qgħad u ma tawx nifs ġdid lil investiment. Dawn ir-regoli, li saru fi żmien meta l-qagħda ekonomika kienet kompletament differenti minn ta’ issa, wasslu għal tnaqqis tal-investiment pubbliku.

Dr Sant tkellem waqt id-dibattitu dwar is-Semestru Ewropew li kien jinkludi l-‘Annual Growth Survey 2017’. Dan id-dokument ġie ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea l-ġimgħa l-oħra u ppreżentat lil Parlament Ewropew għad-diskussjoni. L-Annual Growth Survey uffiċċjalment jiftaħ il-proċess għas-Semestru Ewropew għas-sena li jmiss. B’mod partikolari, jfassal il-prijoritajiet ekonomiċi għall-UE u joffri lil mexxejja Ewropej linji gwida għas-sena li tkun ġejja. Il-linji gwida tal-Kummissjoni mibnija fuq tliet pilastri marbuta ma’ xulxin: l-investiment, ir-riformi strutturali u l-konsolidament fiskali.

Dr Sant saħaq li mhux produttiv li nirreferu għal Brexit u għal Trump bħala sinjal li wasal iż-żmien li nirrevedu l-politika li tintuża għar-regoli tas-Semestru Ewropew. Dawn ir-regoli nħolqu b’mod tekniku, anki meta kultant, kienu interpretati b’mod politiku. Għenu biex ma jerġgħux jinħolqu ċ-ċirkostanzi tal-2008 imma ma wasslux għal stabilita` u għal żvilupp sostenibbli u sinifikattiv fl-ekonomija Ewropea. B’mod tekniku r-regoli ma ħadmux kif mixtieq u dan qed iwassal għal reazzjoni politika negattiva.

L-Ewroparlamentari Malti qal li l-qgħad baqa’ f’livelli għolja, it-tkabbir ekonomiku baqa’ fjakk. L-investiment ma ħax nifs ġdid, kemm fis-settur privat u anki f’dak pubbliku. Ir-regoli tas-Semestru Ewropew jikkontribwixxu bil-kbir għall-istat li qegħdin fih bħalissa. Dan għaliex dawn tħejjew fi żmien meta s-sitwazzjoni kienet kompletament differenti minn dik li għandna llum. Il-linji tagħhom ma jaqblux maċ-ċirkostanzi tal-lum. Ftit minnhom tħejjew b’mod arbitrarju u l-eżistenza tagħhom mhix ġustifikata.

 

Segwi l-intervent ta’ Dr Sant fuq din il-link:

https://www.youtube.com/watch?v=nFlqrpZtzdQ

 

QED IBERRAQ BEJN L-UE U T-TURKIJA

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tork Omer Celik ħabbar li pajjiżu mhu se jaċċetta xejn anqas milli jkun membru sħiħ tal-UE. Dan ...
Read More

SFIDI ĠODDA GĦAL MALTA

L-iżviluppi fl-Ewropa fis-sentejn u nofs li ġejjin se jkunu qed joffru sfidi ġodda għal Malta li rridu noqogħdu attenti minnhom ...
Read More

JUNCKER: TRUMP MA JAFX KIF TAĦDEM L-EWROPA

Jean Claude Juncker qed jaħseb li bil-wasla ta’ Trump fil-White House, in-negozjati għal ftehim ta’ kummerċ u investiment bejn l-UE ...
Read More

NUMRU REKORD TA’ IMMIGRANTI FUQ IX-XTUT TALJANI

In-numru ta’ immigranti li waslu fuq il-kosta Taljana f’Ottubru laħaq is-27, 500. Dan huwa livell rekord hekk kif in-numru rdoppja ...
Read More

ŻBALL LI L-UE TINFIREX LEJN ĦIDMIET MILITARI

Hu żball li l-Unjoni Ewropea tipprova tafferma l-għaqda tagħha billi tinfirex lejn ħidmiet militari. Dan qalu Alfred Sant fil-Parlament Ewropew meta ta ...
Read More

IL-PRESIDENT TUNEŻIN FI BRUSSELL

Il-President Tuneżin Beji Caid Essebsi beda żjara fi Brussell. L-UE qed tgħid li lesta tgħin lit-Tuneżija u pajjiżi ġirien tal-Mediterran ...
Read More

IR-REGOLI TAŻ-ŻONA EWRO GĦANDHOM IKUNU RIVEDUTI

L-Ewropa għandha bżonn tagħraf li, indipendentement mill-Brexit u Trump, ir-regoli dwar l-investiment, ir-riformi strutturali u l-konsolidament fiskali jkunu riveduti. Fil-Parlament ...
Read More

KONTROLLI FUQ IL-QBID TAL-PIXXISPAD

Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tal-Ħut (ICCAT) qablet fuq pjan ta’ 15-il sena biex tipproteġi l-pixxispad. Il-Kummissjoni Ewropea qablet ukoll ma’ dan ...
Read More

ANQAS ŻEBBUĠ FL-EWROPA

Il-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa għas-sena 2016-2017 se tonqos b’10% fl-Ewropa kollha, l-aktar minħabba kundizzjonijiet klimatiċi kif ukoll minħabba attakki ta’ mard ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment