Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tork Omer Celik ħabbar li pajjiżu mhu se jaċċetta xejn anqas milli jkun membru sħiħ tal-UE. Dan wara li l-Parlament Ewropew ivvota b’maġġoranza kbira biex jieqfu n-negozjati mat-Turkija minħabba l-miżuri ripressivi li qed japplika dan il-pajjiż wara l-attentat kolp ta’ stat tal-15 ta’ Lulju. Waqfa tfisser li fin-negozjati għas-sħubija tat-Turkija ma jinfetħux kapitli ġodda u ma jittiħdux inizjattivi ġodda f’dan ir-rigward. Il-vot tal-Parlament Ewropew ma jorbotx. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea biss jista’ jiddeċiedi li jissospendi d-diskussjonijiet formali mat-Turkija u l-Kunsill s’issa għadu favur li jħalli t-toroq ta’ komunikazzjoni miftuħin.

Qabel ma ttieħed il-vot mill-Parlament Ewropew il-President Tork Recep Tayyip Erdogan qal li dan il-vot mhux importanti. Erdogan qal li t-Turkija uriet kemm-il darba li tirrispetta l-valuri Ewropej aktar minn ċerti pajjiżi tal-UE imma l-Punent mhux jagħtiha l-appoġġ u l-wegħdiet mhux jiġu rrispettati.

Il-vot tal-PE urta ħafna lil President Tork tant li hedded li jħalli eluf ta’ immigranti jitilqu minn xtutu biex jidħlu fl-UE. Il-Kummissjoni fakkret lit-Turkija li ż-żewġ partijiet kellhom jirrispettaw il-wegħdiet li saru taħt l-arranġament biex tkun kontrollata l-kriżi tal-immigrazzjoni. It-Turkija hija pajjiż Iżlamiku bi tradizzjonijiet u kultura differenti minn dawk li mdorrijin bihom fl-Ewropa. L-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant stqarr li astjena f’dan il-vot fil-Parlament Ewropew. Iż-żewġ naħat m’għandhomx fiduċja f’xulxin u dan qed iwassal biex ikomplu jitbiegħdu minn xulxin fi żmien meta l-Ewropa teħtieġ lit-Turkija biex tkompli timplimenta l-ftehim li sar dwar l-immigrazzjoni.

QED IBERRAQ BEJN L-UE U T-TURKIJA

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tork Omer Celik ħabbar li pajjiżu mhu se jaċċetta xejn anqas milli jkun membru sħiħ tal-UE. Dan ...
Read More

SFIDI ĠODDA GĦAL MALTA

L-iżviluppi fl-Ewropa fis-sentejn u nofs li ġejjin se jkunu qed joffru sfidi ġodda għal Malta li rridu noqogħdu attenti minnhom ...
Read More

JUNCKER: TRUMP MA JAFX KIF TAĦDEM L-EWROPA

Jean Claude Juncker qed jaħseb li bil-wasla ta’ Trump fil-White House, in-negozjati għal ftehim ta’ kummerċ u investiment bejn l-UE ...
Read More

NUMRU REKORD TA’ IMMIGRANTI FUQ IX-XTUT TALJANI

In-numru ta’ immigranti li waslu fuq il-kosta Taljana f’Ottubru laħaq is-27, 500. Dan huwa livell rekord hekk kif in-numru rdoppja ...
Read More

ŻBALL LI L-UE TINFIREX LEJN ĦIDMIET MILITARI

Hu żball li l-Unjoni Ewropea tipprova tafferma l-għaqda tagħha billi tinfirex lejn ħidmiet militari. Dan qalu Alfred Sant fil-Parlament Ewropew meta ta ...
Read More

IL-PRESIDENT TUNEŻIN FI BRUSSELL

Il-President Tuneżin Beji Caid Essebsi beda żjara fi Brussell. L-UE qed tgħid li lesta tgħin lit-Tuneżija u pajjiżi ġirien tal-Mediterran ...
Read More

IR-REGOLI TAŻ-ŻONA EWRO GĦANDHOM IKUNU RIVEDUTI

L-Ewropa għandha bżonn tagħraf li, indipendentement mill-Brexit u Trump, ir-regoli dwar l-investiment, ir-riformi strutturali u l-konsolidament fiskali jkunu riveduti. Fil-Parlament ...
Read More

KONTROLLI FUQ IL-QBID TAL-PIXXISPAD

Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tal-Ħut (ICCAT) qablet fuq pjan ta’ 15-il sena biex tipproteġi l-pixxispad. Il-Kummissjoni Ewropea qablet ukoll ma’ dan ...
Read More

ANQAS ŻEBBUĠ FL-EWROPA

Il-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa għas-sena 2016-2017 se tonqos b’10% fl-Ewropa kollha, l-aktar minħabba kundizzjonijiet klimatiċi kif ukoll minħabba attakki ta’ mard ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment