Xahar qabel l-elezzjonijiet fil-Portugall qed tkompli tirpilja l-ekonomija ta’ dan il-pajjiż. Kompla t-tkabbir ekonomiku (+0.4% tal-PGD għat-tieni kwart tas-sena 2015) u l-qgħad ikompli nieżel (12.1% f’Lulju meta mqabbel ma’ 12.3% f’Ġunju).
L-ekonomija Portugiża hija influwenzata l-aktar mill-esportazzjoni, mill-investiment u mill-konsum domestiku. Bħal Kummissjoni Ewropea, il-Partit taċ-ċentru lemin fil-gvern bassar li l-PGD Spanjol se jikber b’1.6% wara ż-żieda ta’ 0.9% tal-2014, żieda li ġiet wara 3 snin ta’ riċessjoni. Id-dejn pubbliku Portugiż mistenni jinżel għal 124.4% tal-PGD fl-2015, wara li laħaq il-quċċata ta’ 130.2% fl-2014.
Il-Kummissjoni u l-Awtoritajiet Portugiżi ma jaqblux fuq ir-rata ta’ defiċit, li din is-sena mistennija li taqbeż it-3% tal-PGD, rata ogħla milli tippermetti l-Kummissjoni. Lisbona qed tbassar li d-defiċit se jkun ta’ 2.7%.
Bit-tnaqqis fir-rata tal-qgħad gawdew il-kategoriji kollha tal-popolazzjoni, l-aktar iż-żgħażagħ taħt il-25 sena, għalkemm ir-rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ xorta tibqa’ għolja b’31%. Il-Ministru tax-Xogħol u l-Impjiegi Portugiż Pedro Mota Soares qal li nħolqu 80, 000 impjieg ġdid.
L-elezzjonijiet Portugiżi se jsiru fl-4 ta’ Ottubru. Qed ikun imbassar li l-Partit Soċjalista u l-Koalizzjoni li bħalissa hemm fil-gvern qegħdin ras imb ras, bis-Soċjalisti kemmxejn fuq quddiem (36.3%), u l-koalizzjoni (34.8%).
IS-SAGA TAL-GREĊJA TKOMPLI
Read More
L-IMMIGRAZZJONI L-AKBAR UĠIGĦ TA’ RAS GĦALL-POPLI EWROPEJ
Read More
XETTIKU DWAR IL-‘PROPOSTA TA’ KOMPROMESS’ TAL-UE GĦAT-TTIP
Read More
RAĦĦALA FIL-GŻEJJER TAL-UE L-AGĦAR LI MARRU BL-EMBARGO RUSSU
Read More
€500 MILJUN MHUX BIŻŻEJJED GĦAT-TELF TAL-BDIEWA MIS-SUQ RUSSU
Read More
SUPER MINISTRU TAL-FINANZI GĦAŻ-ŻONA EWRO
Read More
QED JIKBRU D-DIVERĠENZI EKONOMIĊI F’UNJONI LI GĦANDHA L-GĦAN LI TQARREB L-EKONOMIJI LEJN XULXIN’
Read More
€235 MILJUN GĦALL-IŻVILUPP SOĊJO-EKONOMIKU LIL PAJJIŻI TAL-MEDITERRAN
Read More
XAHAR QABEL ELEZZJONI ĠENERALI TIRPILJA L-EKONOMIJA TAL-PORTUGALL
Read More
FRANZA B’EKONOMIJA STAĠNATA FL-AĦĦAR TLIET XHUR
Read More
PAJJIŻI ŻGĦAR ŻVANTAĠĠATI EKONOMIKAMENT GĦANDHOM IKUNU KKUMPENSATI BIL-KOMPETIZZJONI FIT-TAXXA
Read More
X’INU L-OMBUDSMAN EWROPEW?
Read More
700 ĠŻIRA AKTAR MILLI MAĦSUB FL-ESTONJA
Read More
Post a comment