Fil-laqgħa tal-Ministri tal-Kummerċ li se ssir fi Bratislava fit-22/23 ta’ Settembru, Franza mhux se tagħti l-appoġġ politiku tagħha favur it-TTIP (Transatlantic Trade and Investment Partnership).  F’din il-laqgħa Franza se titlob li jieqfu n-negozjati dwar il-ftehim ta’ kummerċ  bejn l-Istati Uniti u l-UE.

Is-Segretarju tal-Istat tal-Kummerċ Franċiż Matthias Fekl qal li n-negozjati għandhom jieqfu biex imbagħad jerġgħu jibdew fil-futur fuq bażi tajba. “In-negozjati saru fil-magħluq u dan ħoloq suspett u biża’. Ir-rwol tal-EU u l-Istati Uniti huwa li joħolqu l-aħjar regoli possibbli għas-seklu 21 dwar il-kummerċ dinji tal-ikel, saħħa, enerġija, servizz pubbliku u kultura. Din mhix id-direzzjoni li ħadu n-negozjati. Pajjiżi oħra jaħsbuha bħal Franza imma ma jistgħux jitkellmu.” qal Fekl.

Fekl qal li l-Kummissjoni tista’ tibqa’ tinnegozja sal-aħħar u legalment ħadd ma jista’ jopponiha.  Waqt il-laqgħa fi Bratislava nkunu nafu hemmx aktar pajjiżi li fil-miftuħ jopponu għan-negozjati preżenti tat-TTIP.  Fekl qal li qed ikun hemm ħafna pressjoni min-naħa tal-Istati Uniti u min-naħa ta’ Angela Merkel biex jintlaħaq qbil.

Minn Berlin ġejjin sinjali kuntradittorji dwar it-TTIP. Ftit tal-jiem ilu l-Ministru tal-Finanzi Ġermaniż Sigmar Gabriel qal li dawn in-negozjati fallew: “Huwa fatt li n-negozjati fallew għax aħna l-Ewropej ma għandniex inċedu għal dak li qed jitolbu l-Amerikani. Xejn m’hu miexi ’il quddiem.”

Kliem il-Ministru tal-Finanzi Ġermaniż Sigmar Gabriel imur kontra l-pożizzjoni tal-Kanċilliera Ġermaniża.  Merkel għadha ssostni li l-ftehim huwa ġust, importanti ħafna u fl-interess tal-Ewropa. Bħall-Ġermanja, l-Italja qed tappoġġja n-negozjati dwar il-ftehim u l-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea assigurat li se jintlaħaq qbil sal-aħħar tas-sena 2016 skont il-mandat li kisbet f’Ġunju li għadda mill-mexxejja tal-pajjiżi Ewropej. Il-qbil irid jintlaħaq qabel it-tmiem tal-amministrazzjoni ta’ Barack Obama.

Il-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker qal li jekk il-kundizzjonijiet ikunu favorevoli, jintlaħaq qbil sal-aħħar tas-sena. “Il-Kummissjoni mhux se tissagrifika s-saħħa, is-sigurta`, l-istandards Ewropej u d-diversita` kulturali minħabba l-ftehim ta’ kummerċ.” saħaq Juncker.

 

IS-SIGURTA` FUQ QUDDIEM TAL-AĠENDA

Is-Summit ta’ Bratislava tas-16 ta’ Settembru se jkun iffukat fuq is-sigurta` interna u esterna tal-Unjoni Ewropea. Għall-ewwel is-Summit kien maħsub ...
Read More

ERDOGAN XKIEL GĦAS-SĦUBIJA TAT-TURKIJA FL-EWROPA

L-applikazzjoni tat-Turkija biex issir membru tal-Unjoni Ewropa se tiffaċċja aktar xkiel sakemm jibqa’ jmexxi l-President Recep Tayyip Erdogan. Dan qalu ...
Read More

IR-RENJU UNIT IFITTEX OPPORTUNITAJIET ĠODDA

Wara li jitlaq mill-UE, ir-Renju Unit se joħloq pjan biex jibqa’ wieħed mill-aqwa pajjiżi għall-kummerċ madwar id-dinja, qalet il-Prim Ministru ...
Read More

ANQAS IMMIGRANTI JASLU L-ITALJA

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li sa Awwissu waslu 105, 663 immigrant fl-Italja, ċifra li hija 8% anqas mill-istess perijodu s-sena l-oħra ...
Read More

MA JAQBLUX DWAR IS-SANZJONIJIET RUSSI

Il-Litwanja qalet li s-sanzjonijiet fuq ir-Russja minħabba l-kunflitt tal-Ukraina għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm is-sitwazzjoni fil-pajjiż titjieb. Dan wara li s-Slovakkja ...
Read More

REAZZJONI FURJUŻA KONTRA BARROSO

Il-ħatra ta’ Jose` Manuel Barroso, ex-President tal-Kummissjoni Ewropea ma’ Goldman Sachs International, ġabet reazzjoni furjuża minn politiċi Ewropej. Il-ħatra qanqlet ...
Read More

FRANZA KONTRA T-TTIP

Fil-laqgħa tal-Ministri tal-Kummerċ li se ssir fi Bratislava fit-22/23 ta’ Settembru, Franza mhux se tagħti l-appoġġ politiku tagħha favur it-TTIP ...
Read More

ARINGI FLOK SOTTOMARINI RUSSI

Fis-snin tmenin in-navy Svediża kienet spiss tisma’ ħsejjes taħt il-baħar. Dawn il-ħsejjes għal ħafna snin ġew ikklassifikati bħala sottomarini Russi ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment