Rapport dwar il-prijoritajiet ekonomiċi tal-UE għas-sena 2017 u ppreżentat mill-Ewroparlamentari Alfred Sant ġie approvat mill-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew (ECON). Ir-rapport tħejja fid-dawl ta’ livell baxx ta’ investimenti fl-istati membri, tkabbir ekonomiku anqas milli kien imbassar, livell għoli ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ, inċertezza ekonomika mqanqla mir-referendum tar-Renju Unit u relazzjonijiet diffiċli mar-Russja. Ir-Rapport jistieden lil Kummissjoni Ewropea biex tagħti prijorita` lil miżuri li jnaqqsu l-ostakli għal aktar flussi ta’ investiment, speċjalment fis-settur tal-enerġija, trasport, komunikazzjoni u ekonomija diġitali. Wara diskussjoni, ir-Rapport ġie approvat mill-Kumitat b’39 vot favur, 14 kontra u 4 astensjonijiet.
Ir-Rapport jappoġġja kull miżura li tiżgura parteċipazzjoni sħiħa nazzjonali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi ta’ kull pajjiż (CSRs). Ir-Rapport jinkoraġġixxi dan billi jisħaq li s-CSRs ikunu mfassla madwar numru limitat ta’ prijoritajiet tal-UE u bl-involviment sħiħ tal-parlamenti nazzjonali u awtoritajiet reġjonali u lokali. Ir-Rapport jitlob lill-istati membri biex jiżguraw skrutinju demokratiku u mirqum tal-Programm tar-Riformi Nazzjonali fil-parlamenti lokali tagħhom. Ir-Rapport jenfasizza li mhux aċċettabbli li l-UE ma tilħaqx l-għan tagħha li tnaqqas il-faqar.
Ir-rapport issa jitla’ għad-diskussjoni u approvazzjoni fil-Plenarja ta’ Strasburgu.
SFIDI ĠODDA GĦALL-EWROPA
Read More
L-IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI TAL-BREXIT GĦANDHOM IKUNU SPJEGATI
Read More
REAZZJONIJIET KONTRASTANTI GĦALL-BREXIT
Read More
IL-ĠERMANJA U L-AWSTRIJA JESTENDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI
Read More
APPROVAT RAPPORT TA’ ALFRED SANT DWAR PRIJORITAJIET EKONOMIĊI TAL-UE
Read More
L-EWROPA BŻONN RIFORMI LI JINKORAĠĠIXXU L-INVESTIMENTI
Read More
MHUX KULL PAJJIŻ QED IŻOMM ID-DETTALJI TAL-PASSIĠĠIERI MIL-LINJI TAL-AJRU
Read More
B’€1 IL-PARLAMENT EWROPEW JAKKWISTA MUŻEW
Read More
Post a comment