Hu żball li l-Unjoni Ewropea tipprova tafferma l-għaqda tagħha billi tinfirex lejn ħidmiet militari. Dan qalu Alfred Sant fil-Parlament Ewropew meta ta r-raġunijiet tiegħu għala vvota kontra żewġ mozzjonijiet dwar tisħiħ tal-għodod militari għad-dispożizzjoni tal-Unjoni Ewropea li tressqu quddiem il-Plenarja. Dr Sant ivvota kontra r-rapport ‘Unjoni ta’ Difiża Ewropea’ u vvota kontra r-rapport ‘Implimentazzjoni tal-Politika ta’ Sigurta` u Difiża Komuni’. Dr Sant astjena fuq ir-roll call votes li ttieħdu fuq il-klawsoli separati taż-żewġ riżoluzzjonijiet.
‘Il-kostituzzjoni tagħna tipprojbixxi l-parteċipazzjoni f’alleanzi militari u f’għaqdiet internazzjonali involuti fil-gwerer, sakemm dawn ma jkollhomx il-permess tal-Ġnus Magħquda,’ insista l-Ewroparlamentari Malti.
Dr Sant qal li r-rapporti jibbażaw fuq il-premessa għal azzjoni Ewropea li tikkontradixxi dan l-impenn. ‘Aktar minn hekk ma naqbilx li f’dan iż-żmien partikolari l-Unjoni Ewropea ssaħħaħ id-dimensjoni militari tagħha. Din il-mossa tista’ tidher addattata għall-effetti ta’ diżintegrazzjoni tal-BREXIT iżda jista’ jkollha l-effett oppost.
Ma hemmx kostitwenza popolari biex l-UE tinbidel f’koalizzjoni militari iffinanzjata mir-riżorsi tal-baġit Ewropew. Għal darb’oħra qed naraw il-metodu l-antik ta’ “business as usual” li bih passi “żgħar ’il quddiem” jakkumulaw, imbagħad jiġu preżentati li jeħtieġu aktar integrazzjoni, li jekk ma ssirx, jiġri xi diżastru. Dan mhux mod aċċettabbli li bih għandna nifformaw l-unita` fl-Ewropa. Jien astjenejt fuq ir-roll call votes sussidjarji kollha għaliex ma kienx ikun koerenti vot f’naħa jew f’oħra fuq aspetti differenti tal-kwistjoni li għandna quddiemna. Ivvotajt kontra l-kunċett sħiħ.” qal l-Ewroparlamentari Malti.
QED IBERRAQ BEJN L-UE U T-TURKIJA
Read More
SFIDI ĠODDA GĦAL MALTA
Read More
JUNCKER: TRUMP MA JAFX KIF TAĦDEM L-EWROPA
Read More
NUMRU REKORD TA’ IMMIGRANTI FUQ IX-XTUT TALJANI
Read More
ŻBALL LI L-UE TINFIREX LEJN ĦIDMIET MILITARI
Read More
IL-PRESIDENT TUNEŻIN FI BRUSSELL
Read More
IR-REGOLI TAŻ-ŻONA EWRO GĦANDHOM IKUNU RIVEDUTI
Read More
KONTROLLI FUQ IL-QBID TAL-PIXXISPAD
Read More
ANQAS ŻEBBUĠ FL-EWROPA
Read More
Post a comment