Stati Ewropej li għandhom riżorsi limitati, speċjalment dawk fil-periferija tal-Ewropa, għandhom bżonn il-flessibilita` fit-taxxa biex iżidu l-attivita` ekonomika. Dan qalu Alfred Sant fil-Parlament Ewropew waqt li astjena dwar rapport li jipproponi direttiva dwar żvelar ta’ informazzjoni fuq it-taxxa tad-dħul minn ċertu impriżi u fergħat.
“Astjenejt fuq din il-mozzjoni għax hi favur politika komuni Ewropea favur l-armonizzazzjoni tat-taxxa. Id-dikjarazzjonijiet li saru repetutament waqt it-tfassil tagħha jikkonfermaw li wieħed mill-għanijiet tagħha huwa dan, u allura jmur lil hinn mill-ħtieġa – li magħha naqbel – li jitrażżnu l-abbużi fit-taxxi u fil-ħasil tal-flus.”
Dr Sant qal li stati membri differenti mogħnija b’riżorsi differenti, huma suġġetti għall-istess regoli ta’ tariffi, dazji tas-sisa, VAT, politika tal-kompetizzjoni u kif ukoll (għal dawk membri taż-żona ewro) tmexxija tal-baġit stretta ta’ dejn u defiċit. Il-fatt li jridu jibbilanċjaw il-kontijiet taħt ir-regoli taż-żona ewro tiżgura li t-taxxi u l-infiq tagħhom jaħdmu b’mod kompetittiv taħt kundizzjonijiet komparabbli ma’ dawk tal-istati membri l-oħra.
Ir-rapport kien approvat b’534 vot favur, 98 kontra u 62 astensjoni.
TRAFFIKANTI JAGĦMLU €1.4 BILJUN EWRO MIL-LIBJA BISS
Read MorePJAN EWROPEW TA’ DIFIŻA JINJORA L-INTERESSI TAL-PAJJIŻI NEWTRALI
Read MoreIR-RUSSJA TWAQQAF IL-KONTRIBUZZJONI TAGĦHA LEJN IL-KUNSILL TAL-EWROPA
Read MoreJINŻEL IL-QGĦAD FL-ISTATI MEMBRI KOLLHA
Read MoreSTATI FIL-PERIFERIJA TAL-EWROPA BŻONN IL-FLESSIBILITA` FIT-TAXXA
Read MoreID-DOLLARU JIBQA’ QUDDIEM L-EWRO
Read MoreMALTA SE TITLEF ALLEAT FL-UE
Read MoreFTEHIM BEJN IL-ĠAPPUN U L-UE
Read More
Post a comment