Is-soċjeta` ċivili f’Għawdex għandha tkun il-protagonista fid-deċiżjonijiet li jolqtu l-interessi tal-istudenti, il-ħaddiema u l-bdiewa Għawdxin. Is-sehem tal-għaqdiet mhux governattivi Għawdxin għandu jkun formalizzat fuq livell reġjonali u eventwalment il-Ministeru għal Għawdex ikun id-driegħ eżekuttiv ta’ Kunsill Reġjonali għal Għawdex. Dan qalu Alfred Sant waqt il-Konferenza ‘X’jistennew l-Għawdxin mill-Ewropa’ fil-Lukanda Calypso, Marsalforn Għawdex.
Dr Sant qal li l-valuri soċjali Ewropej jistgħu jiġu attwati waqt li l-Għawdxin jimxu skont l-aspirazzjonijiet reġjonali tagħhom bħala gżira bi sfidi simili għal gżejjer oħra fil-periferija tal-UE.
“Hemm bżonn soluzzjonijiet ġodda bis-sehem tas-soċjeta` ċivili li tħoss il-polz tal-Għawdxin. Għandhom jinħolqu kondizzjonijiet soċjali u ekonomiċi biex jilħqu l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ, il-ħaddiema u l-bdiewa Għawdxin.”
Dr Sant qal li rridu niżguraw li s-suq u l-kondizzjonijiet tal-impjiegi f’Għawdex ikunu fl-istess livell ta’ Malta biex iż-żgħażagħ u l-ħaddiema Għawdxin isibu impjiegi li jirrispettaw il-kwalifiki u l-ħila tagħhom”.
Dr Sant qal li fil-Parlament Ewropew ingħaqad ma’ Ewroparlamentari minn gżejjer mill-Kroazja, Sardinja u Sqallija biex jippreżentaw front wieħed dwar l-isfidi tal-gżejjer fil-periferija tal-UE.
IL-FUTUR TAL-EWROPA –BILANĊ BEJN GĦAQDA U AMBIZZJONI
Read MoreIS-SOĊJETA` ĊIVILI GĦAWDXIJA GĦANDHA TKUN PROTAGONISTA
Read MoreGĦAWDEX KIEN ĦAQQU 31% TAL-FONDI EWROPEJ, MHUX 10%
Read MoreL-UE MHUX SE SSERRAĦ FUQ IL-KONTRIBUZZJONI TAR-RENJU UNIT WARA 2020
Read MoreIL-PROPOSTI TA’ MACRON GĦALL-ĠGANTI TAL-INTERNET MHUX FL-INTERESS TA’ MALTA
Read MoreTITJIB FL-IMPJIEGI U ŻIEDA FIL-PREKARJAT FL-UE
Read MoreIS-SERBJA MISTENNIJA SSIR MEMBRU TAL-UE
Read MoreL-UE TRID TAGĦLAQ IR-ROTTA TAL-MEDITERRAN
Read More
Post a comment