Il-proposti tal-President Franċiż Macron għall-ġganti tal-internet li għandhom suq Ewropew se jwasslu għall-armonizzazzjoni tat-taxxa fl-Ewropa. Dan qalu Alfred Sant lil France 24 meta irrefera għall-effett tal-proposti ta’ Macron fuq il-pajjiżi żgħar tal-UE fejn huma bbażati ‘kumpaniji diġitali li huma ntaxxati ftit’. Il-President Franċiż irid li l-kumpaniji diġitali Amerikani kbar b’suq Ewropew iħallsu t-taxxa fuq it-turnover.

“Ma naqbilx mas-soluzzjonijiet ta’ Emmanuel Macron – inkluż proposta dwar taxxa konsolidata komuni – għax dan l-argument huwa feles biex tidħol l-armonizzazzjoni tat-taxxa fl-Ewropa. Dan inaqqas il-flessibilita` tal-istati membri ż-żgħar u periferali tal-UE bħal Malta li jipprovaw jattiraw investiment lejhom.”

Dr Sant qal li jaqbel li jkun hemm trasparenza fuq il-ġbir tat-taxxa fl-UE :

“L-ewwel l-affarijiet għandhom isiru fuq bażi nazzjonali u mbagħad isiru fuq bażi Ewropea. Diġa` hemm għodda fuq livelli nazzjonali biex nimxu ’l quddiem. Kull stat membru jista’ jippubblika l-ismijiet tal-kumpaniji u l-kontribuzzjoni tagħhom fil-qasam tat-taxxa. Permezz ta’ awditjar intern fuq il-kummerċ tal-VAT wieħed jista’ jara t-turnover ta’ kumpaniji differenti. Il-valur miżjud għall-ekonomija huwa traċċabbli fuq il-bażi ta’ profitti.”

L-Istati Uniti għandhom liberta` fil-kompetizzjoni tat-taxxa u l-ebda stat ma hu obbligat li jsegwi r-regoli li l-istati l-oħra jsegwu.

Fil-programm ħadu sehem l-Ewroparlamentari Alain Lamassoure (EPP) u Marju Lauristin (S&D)

TISTA’ SSEGWI L-INTERVENT TA’ DR SANT FUQ DIN IL-LINK

https://www.youtube.com/watch?v=li5rkqu57-Q

IL-FUTUR TAL-EWROPA –BILANĊ BEJN GĦAQDA U AMBIZZJONI

Bl-elezzjonijiet Ewropej fir-Rebbiegħa tal-2019 wara l-bieb, il-mexxejja tal-UE qablu li jiddiskutu riformi għall-proġett Ewropew – b’mod partikolari fir-rigward ta’ aktar ...
Read More

IS-SOĊJETA` ĊIVILI GĦAWDXIJA GĦANDHA TKUN PROTAGONISTA

Is-soċjeta` ċivili f’Għawdex għandha tkun il-protagonista fid-deċiżjonijiet li jolqtu l-interessi tal-istudenti, il-ħaddiema u l-bdiewa Għawdxin. Is-sehem tal-għaqdiet mhux governattivi Għawdxin ...
Read More

GĦAWDEX KIEN ĦAQQU 31% TAL-FONDI EWROPEJ, MHUX 10%

Għawdex kellu jingħata 31% tal-fondi Ewropej u mhux 10% għax il-fatti juru li Gvern Nazzjonalista kien żbaljat meta qal li ...
Read More

L-UE MHUX SE SSERRAĦ FUQ IL-KONTRIBUZZJONI TAR-RENJU UNIT WARA 2020

Wara l-2020 l-UE ma tistax isserraħ aktar fuq il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit. Dan qalu l-Kummissarju għall-Baġit Ewropew Günther Oettinger meta tkellem ...
Read More

IL-PROPOSTI TA’ MACRON GĦALL-ĠGANTI TAL-INTERNET MHUX FL-INTERESS TA’ MALTA                 

Il-proposti tal-President Franċiż Macron għall-ġganti tal-internet li għandhom suq Ewropew se jwasslu għall-armonizzazzjoni tat-taxxa fl-Ewropa. Dan qalu Alfred Sant lil ...
Read More

TITJIB FL-IMPJIEGI U ŻIEDA FIL-PREKARJAT FL-UE

Fl-UE hemm 235 miljun ruħ impjegati, numru ikbar mill-perijodu ta’ qabel il-kriżi finanzjarja tal-2008. Rapport dwar l-iżvilupp tas-suq tax-xogħol fl-Ewropa ...
Read More

IS-SERBJA MISTENNIJA SSIR MEMBRU TAL-UE 

Il-Prim Ministru l-ġdida tas-Serbja Ana Brnabic qalet lill-Parlament Ewropew li pajjiżha mhux viċin ir-Russja kif jaħsbu bosta iżda qalet li ...
Read More

L-UE TRID TAGĦLAQ IR-ROTTA TAL-MEDITERRAN

Il-mexxejja Ewropej qablu li jsaħħu l-azzjonijiet tagħhom fil-Libja u fil-pajjiżi ġirien tagħha biex tingħalaq din ir-rotta għall-immigrazzjoni waqt li jżidu ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment