Għawdex kellu jingħata 31% tal-fondi Ewropej u mhux 10% għax il-fatti juru li Gvern Nazzjonalista kien żbaljat meta qal li 10% tal-fondi Ewropej kienu biżżejjed għal Għawdex.  Dan qalu Frank Psaila, espert tal-iżvilupp ta’ Għawdex fil-Lukanda Calypso, Marsalforn, Għawdex.

Frank Psaila qal li waqt in-negozjati mal-Kummissjoni Ewropea fl-2001/2002, il-Gvern Malti ikkonvinċa lill-Għawdxin li permezz ta’ sħubija fl-UE, l-ewwel Għawdex kien se jilħaq il-livell ekonomiku ta’ Malta u wara jilħaq dak tal-Ewropa.

Dak iż-żmien il-livell ta’ żvilupp ta’ Għawdex kien ta’ 58% tal-medja tal-UE filwaqt li ta’ Malta kien ta’ 82%.

Allura Għawdex kien għadu lura sew komparat ma’ Malta, u kien għadu lura aktar meta kkomparat mal-UE f’termini ta’ żvilupp ekonomiku.

Il-Gvern ta’ dak iż-żmien alloka għal Għawdex 10% tal-fondi Ewropej li tirċievi Malta.

Il-Gvern ibbaża l-allokazzjoni ta’ 10% fuq il-bażi tad-daqs tal-popolazzjoni Għawdxija li kienet madwar 7% tal-popolazzjoni Maltija u żiedha bi 3% oħra biex mingħalih iżid l-isforz biex Għawdex tilħaq lil Malta.

Frank Psaila qal li bħala Segretarju Permanenti għal Għawdex kien ħeġġeġ lil Gvern biex iżid l-allokazzjoni għax persentaġġ ta’ 10% ma kienx se jkun biżżejjed. Psaila qal li bbaża l-proposta tiegħu fuq punti li wieħed ma jistax ma jaqbilx magħhom.

Il-pożizzjoni tiegħu kienet li l-kobor ta’ Għawdex kien ta’ 27% ta’ dak tal-gżira ta’ Malta, il-kosta tagħha kienet 31% ta’ dik ta’ Malta u ż-żona agrarja 36%. Hu saħaq li l-persentaġġ ta’ fondi Ewropej għal dawn l-oqsma ta’ żvilupp f’Għawdex għandhom tal-inqas ikunu tal-istess daqs ta’ persentaġġ li għandhom dawn l-oqsma.

Il-gvern baqa’ ma ċċaqlaqx mill-pożizzjoni tiegħu. Ir-riżultat kien li Għawdex waqa’ aktar lura. Bħala stat ta’ fatt il-livell ta’ żvilupp ta’ Għawdex naqas minn 58% fl-2003 għal 54% fl-2015.

B’kuntrast, il-livell ta’ żvilupp ta’ Malta fl-istess perijodu żdied minn 82% għal medja ta’ 96%.

Il-Kummissjoni Ewropea, qal is-sur Psaila, qalet li l-Għawdxin jistgħu faċilment isibu impjieg Malta; li l-qgħad f’Għawdex jikkompara tajjeb ma’ gżejjer oħra tal-UE; l-aċċess għal Għawdex huwa relattivament ogħla min dak ta’ gżejjer oħra Ewropej; il-fatt li l-attivita` ekonomika f’Għawdex hija baxxa ma toħloqx problemi għall-Għawdxin għax jistgħu jibbenefikaw mill-iżvilupp u l-opportunitajiet ta’ Malta.

“Tassew sabiħ jidher il-futur ta’ Għawdex fi ħdan l-Unjoni Ewropea!” qal b’mod ironiku s-Sur Psaila.

IL-FUTUR TAL-EWROPA –BILANĊ BEJN GĦAQDA U AMBIZZJONI

Bl-elezzjonijiet Ewropej fir-Rebbiegħa tal-2019 wara l-bieb, il-mexxejja tal-UE qablu li jiddiskutu riformi għall-proġett Ewropew – b’mod partikolari fir-rigward ta’ aktar ...
Read More

IS-SOĊJETA` ĊIVILI GĦAWDXIJA GĦANDHA TKUN PROTAGONISTA

Is-soċjeta` ċivili f’Għawdex għandha tkun il-protagonista fid-deċiżjonijiet li jolqtu l-interessi tal-istudenti, il-ħaddiema u l-bdiewa Għawdxin. Is-sehem tal-għaqdiet mhux governattivi Għawdxin ...
Read More

GĦAWDEX KIEN ĦAQQU 31% TAL-FONDI EWROPEJ, MHUX 10%

Għawdex kellu jingħata 31% tal-fondi Ewropej u mhux 10% għax il-fatti juru li Gvern Nazzjonalista kien żbaljat meta qal li ...
Read More

L-UE MHUX SE SSERRAĦ FUQ IL-KONTRIBUZZJONI TAR-RENJU UNIT WARA 2020

Wara l-2020 l-UE ma tistax isserraħ aktar fuq il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit. Dan qalu l-Kummissarju għall-Baġit Ewropew Günther Oettinger meta tkellem ...
Read More

IL-PROPOSTI TA’ MACRON GĦALL-ĠGANTI TAL-INTERNET MHUX FL-INTERESS TA’ MALTA                 

Il-proposti tal-President Franċiż Macron għall-ġganti tal-internet li għandhom suq Ewropew se jwasslu għall-armonizzazzjoni tat-taxxa fl-Ewropa. Dan qalu Alfred Sant lil ...
Read More

TITJIB FL-IMPJIEGI U ŻIEDA FIL-PREKARJAT FL-UE

Fl-UE hemm 235 miljun ruħ impjegati, numru ikbar mill-perijodu ta’ qabel il-kriżi finanzjarja tal-2008. Rapport dwar l-iżvilupp tas-suq tax-xogħol fl-Ewropa ...
Read More

IS-SERBJA MISTENNIJA SSIR MEMBRU TAL-UE 

Il-Prim Ministru l-ġdida tas-Serbja Ana Brnabic qalet lill-Parlament Ewropew li pajjiżha mhux viċin ir-Russja kif jaħsbu bosta iżda qalet li ...
Read More

L-UE TRID TAGĦLAQ IR-ROTTA TAL-MEDITERRAN

Il-mexxejja Ewropej qablu li jsaħħu l-azzjonijiet tagħhom fil-Libja u fil-pajjiżi ġirien tagħha biex tingħalaq din ir-rotta għall-immigrazzjoni waqt li jżidu ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment