Fl-UE hemm 235 miljun ruħ impjegati, numru ikbar mill-perijodu ta’ qabel il-kriżi finanzjarja tal-2008. Rapport dwar l-iżvilupp tas-suq tax-xogħol fl-Ewropa ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea juri li l-pagi żdiedu kważi f’kull stat membru iżda l-insigurta` fil-postijiet tax-xogħol żdiedet ukoll.

Ir-rapport tal-Kummissjoni juri li fl-2016 fl-UE kien hemm 66.6% nies jaħdmu filwaqt li fiż-żona ewro r-rata kienet ta’ 65.4%. L-ogħla rata ta’ nies jaħdmu kienet fl-Isvezja (76.2%), Danimarka (74.9%), l-Olanda (74.8%) u l-Ġermanja (74.7%). Il-Greċja (52%), Kroazja (56.9%) u l-Italja (59.2%) huma fost l-aktar pajjiżi li għandhom l-inqas rata ta’ nies jaħdmu.

Il-qgħad kompla jonqos għal 7.7% f’Lulju tal-2017 fl-UE u 9.1% fiż-żona ewro. Għal dawk li ma għandhomx xogħol sar aktar faċli li jsibu impjieg.

Ir-rapport juri żieda moderata ta’ 1.2% fil-pagi f’ħafna stati membri. Ġie nnotat progress fl-istati Baltiċi, l-Ungerija u r-Romanija u skont il-Kummissjoni hemm sinjali ta’ konverġenza fil-pagi tul l-Ewropa kollha. Din l-analiżi tistona ma’ studju ieħor li ħarġu t-trade unions Ewropej ftit xhur ilu.

Ir-rapport tat-trade unions qal li d-differenzi fil-kondizzjonijiet tal-ħaddiema komplew jiżdiedu, kif qed jiżdiedu wkoll kuntratti ‘mhux tas-soltu’, b’ħaddiema temporanji jew mingħajr paga u ħaddiema li jaqilgħu pagi ħafna aktar baxxa minn oħrajn li jagħmlu l-istess xogħol. Ir-rapport jgħid li s-sitwazzjoni mhix pożittiva għax dan joħloq nuqqas ta’ investiment fil-kapital uman, frammentazzjoni tas-suq tax-xogħol, nuqqas ta’ tkabbir produttiv u pagi baxxi.

Dawn huma żvantaġġi li l-Kummissarju Ewropea tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali Marianne Thyssen mistennija tindirizza. Thyssen qalet li l-Kummissjoni tixtieq timmodernizza ir-regoli tal-kuntratti tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali bl-għan li titjieb il-kondizzjoni tal-ħajja u tax-xogħol tal-persuni fl-Unjoni.

IL-FUTUR TAL-EWROPA –BILANĊ BEJN GĦAQDA U AMBIZZJONI

Bl-elezzjonijiet Ewropej fir-Rebbiegħa tal-2019 wara l-bieb, il-mexxejja tal-UE qablu li jiddiskutu riformi għall-proġett Ewropew – b’mod partikolari fir-rigward ta’ aktar ...
Read More

IS-SOĊJETA` ĊIVILI GĦAWDXIJA GĦANDHA TKUN PROTAGONISTA

Is-soċjeta` ċivili f’Għawdex għandha tkun il-protagonista fid-deċiżjonijiet li jolqtu l-interessi tal-istudenti, il-ħaddiema u l-bdiewa Għawdxin. Is-sehem tal-għaqdiet mhux governattivi Għawdxin ...
Read More

GĦAWDEX KIEN ĦAQQU 31% TAL-FONDI EWROPEJ, MHUX 10%

Għawdex kellu jingħata 31% tal-fondi Ewropej u mhux 10% għax il-fatti juru li Gvern Nazzjonalista kien żbaljat meta qal li ...
Read More

L-UE MHUX SE SSERRAĦ FUQ IL-KONTRIBUZZJONI TAR-RENJU UNIT WARA 2020

Wara l-2020 l-UE ma tistax isserraħ aktar fuq il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit. Dan qalu l-Kummissarju għall-Baġit Ewropew Günther Oettinger meta tkellem ...
Read More

IL-PROPOSTI TA’ MACRON GĦALL-ĠGANTI TAL-INTERNET MHUX FL-INTERESS TA’ MALTA                 

Il-proposti tal-President Franċiż Macron għall-ġganti tal-internet li għandhom suq Ewropew se jwasslu għall-armonizzazzjoni tat-taxxa fl-Ewropa. Dan qalu Alfred Sant lil ...
Read More

TITJIB FL-IMPJIEGI U ŻIEDA FIL-PREKARJAT FL-UE

Fl-UE hemm 235 miljun ruħ impjegati, numru ikbar mill-perijodu ta’ qabel il-kriżi finanzjarja tal-2008. Rapport dwar l-iżvilupp tas-suq tax-xogħol fl-Ewropa ...
Read More

IS-SERBJA MISTENNIJA SSIR MEMBRU TAL-UE 

Il-Prim Ministru l-ġdida tas-Serbja Ana Brnabic qalet lill-Parlament Ewropew li pajjiżha mhux viċin ir-Russja kif jaħsbu bosta iżda qalet li ...
Read More

L-UE TRID TAGĦLAQ IR-ROTTA TAL-MEDITERRAN

Il-mexxejja Ewropej qablu li jsaħħu l-azzjonijiet tagħhom fil-Libja u fil-pajjiżi ġirien tagħha biex tingħalaq din ir-rotta għall-immigrazzjoni waqt li jżidu ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment