Wara l-2020 l-UE ma tistax isserraħ aktar fuq il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit. Dan qalu l-Kummissarju għall-Baġit Ewropew Günther Oettinger meta tkellem fuq il-futur tal-baġit tal-UE. L-Unjoni se jkollha “tiffinanzja aktar affarijiet b’inqas flus” għaliex ir-Renju Unit huwa kontributur kbir għall-baġit Ewropew. Wara l-Brexit il-baġit Ewropew mill-inqas se jixxotta b’€10 biljuni fis-sena.

Oettinger qal li minkejja li l-baġit jiċkien, iċ-ċittadini Ewropej jistennew li l-Unjoni tonfoq aktar f’oqsma bħall-immigrazzjoni, is-sigurta` u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u d-difiża. Il-Kummissarju qal li l-Unjoni se tipprova żżomm ir-rwol tagħha ta’ donatur ewlieni fil-kriżijiet umanitarji u fil-ġlieda kontra t-tibdil tal-klima.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li dawk il-pajjiżi li jikkontribwixxu l-aktar fil-baġit Ewropew, iżidu l-kontribuzzjoni tagħhom bil-garanzija li kull ewro li jħallsu jintefaq b’mod effiċjenti. Dawk li jiksbu aktar fondi milli jagħtu jkollhom jaċċettaw aktar kontroll fuq il-proġetti li jkunu se jwettqu biex ma jonqsulhomx il-fondi.

Il-Bulgarija u r-Romanija  – l-aktar żewġ stati membri fqar tal-UE –  huma fost il-pajjiżi l-aktar imħassba li se jonqsulhom il-fondi li jiksbu mill-UE. Dawn il-pajjiżi s’issa qatt ma ħaduha kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea u jidher li anki f’dan il-każ se jkunu qed jaqblu mad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. F’dan ir-rigward il-Prim Ministru Bulgaru Boyko Borissov diġa` qal “jiddeċiedu l-kapijiet il-kbar tal-UE”.

IL-FUTUR TAL-EWROPA –BILANĊ BEJN GĦAQDA U AMBIZZJONI

Bl-elezzjonijiet Ewropej fir-Rebbiegħa tal-2019 wara l-bieb, il-mexxejja tal-UE qablu li jiddiskutu riformi għall-proġett Ewropew – b’mod partikolari fir-rigward ta’ aktar ...
Read More

IS-SOĊJETA` ĊIVILI GĦAWDXIJA GĦANDHA TKUN PROTAGONISTA

Is-soċjeta` ċivili f’Għawdex għandha tkun il-protagonista fid-deċiżjonijiet li jolqtu l-interessi tal-istudenti, il-ħaddiema u l-bdiewa Għawdxin. Is-sehem tal-għaqdiet mhux governattivi Għawdxin ...
Read More

GĦAWDEX KIEN ĦAQQU 31% TAL-FONDI EWROPEJ, MHUX 10%

Għawdex kellu jingħata 31% tal-fondi Ewropej u mhux 10% għax il-fatti juru li Gvern Nazzjonalista kien żbaljat meta qal li ...
Read More

L-UE MHUX SE SSERRAĦ FUQ IL-KONTRIBUZZJONI TAR-RENJU UNIT WARA 2020

Wara l-2020 l-UE ma tistax isserraħ aktar fuq il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit. Dan qalu l-Kummissarju għall-Baġit Ewropew Günther Oettinger meta tkellem ...
Read More

IL-PROPOSTI TA’ MACRON GĦALL-ĠGANTI TAL-INTERNET MHUX FL-INTERESS TA’ MALTA                 

Il-proposti tal-President Franċiż Macron għall-ġganti tal-internet li għandhom suq Ewropew se jwasslu għall-armonizzazzjoni tat-taxxa fl-Ewropa. Dan qalu Alfred Sant lil ...
Read More

TITJIB FL-IMPJIEGI U ŻIEDA FIL-PREKARJAT FL-UE

Fl-UE hemm 235 miljun ruħ impjegati, numru ikbar mill-perijodu ta’ qabel il-kriżi finanzjarja tal-2008. Rapport dwar l-iżvilupp tas-suq tax-xogħol fl-Ewropa ...
Read More

IS-SERBJA MISTENNIJA SSIR MEMBRU TAL-UE 

Il-Prim Ministru l-ġdida tas-Serbja Ana Brnabic qalet lill-Parlament Ewropew li pajjiżha mhux viċin ir-Russja kif jaħsbu bosta iżda qalet li ...
Read More

L-UE TRID TAGĦLAQ IR-ROTTA TAL-MEDITERRAN

Il-mexxejja Ewropej qablu li jsaħħu l-azzjonijiet tagħhom fil-Libja u fil-pajjiżi ġirien tagħha biex tingħalaq din ir-rotta għall-immigrazzjoni waqt li jżidu ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment