Il-Prim Ministru Taljan Paolo Gentiloni qal li mill-elezzjonijiet Taljani tal-4 ta’ Marzu jistenna li joħroġ gvern stabbli, dan minkejja li l-aħħar stħarriġ pubbliku juri li se jkun hemm id-diffikultajiet biex ikun ifformat gvern.

“L-Italja se jkollha gvern, gvern stabbli. Ma naħsibx li hemm riskju li l-Italja jkollha gvern dominat mill-populisti jew minn politiċi b’pożizzjoni kontra l-Ewropa. Koalizzjoni bejn il-partiti taċ-ċentru xellug immexxija mill-Partit Demokratiku hija l-unika possibilita` li l-Italja jkollha gvern stabbli u favur l-Ewropa.” qal Gentiloni.

Il-Partit taċ-ċentru lemin ta’ Silvio Berlusconi mistenni jifforma koalizzjoni ma’ żewġ partiti tal-lemin estrem biex ikun jista’ jiggverna hu.

L-aħħar stħarriġ xorta baqa’ juri riżultat b’saħħtu ħafna għal Moviment Cinque Stelle speċjalment fir-reġjuni tas-Sud tal-Italja. Ir-riżultat li jikseb dan il-moviment jista’ jxekkel li jkun ifformat il-gvern taċ-ċentru lemin ta’ Berlusconi.

L-Ewropa qed issegwi l-aħħar żviluppi fl-Italja. Rebħa għall-populisti tkun daqqa ta’ ħarta għall-istabbilita` fil-kontinent. B’mod partikolari Malta qiegħda ssegwi dak li qed iseħħ ftit ’il bogħod minna. Speċjalment wara d-dikjarazzjoni ta’ Silvio Berlusconi li jekk ikun fil-gvern l-immigranti li jiġu salvati mill-Mediterran ma jitniżżlux biss fl-Italja imma jibdew jitniżżlu wkoll f’Malta.

“Dawk li jiġu salvati qrib Malta jibdew jintbagħtu lejn Malta”, qal Berlusconi.

Din id-dikjarazzjoni u ħafna dikjarazzjonijiet oħra mill-isfidanti għall-poter fl-Italja qed ikomplu jitfgħu l-elezzjonijiet tal-4 ta’ Marzu taħt il-lenti.

TAĦT IL-LENTI L-ELEZZJONIJIET FL-ITALJA

Il-Prim Ministru Taljan Paolo Gentiloni qal li mill-elezzjonijiet Taljani tal-4 ta’ Marzu jistenna li joħroġ gvern stabbli, dan minkejja li ...
Read More

ERDOGAN : “L-UE GĦANDHA ŻŻOMM IL-KELMA TAGĦHA”

Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan huwa favur sħubija sħiħa fl-UE u qal li t-Turkija mhux kuntenta b’għażliet differenti. Erdogan akkuża ...
Read More

IL-KUMMISSJONI EWROPEA FAVUR PRIJORITAJIET ĠODDA

Il-Kummissjoni Ewropea hija favur prijoritajiet politiċi ġodda għall-qafas finanzjarju ta’ bejn is-sena 2021 u s-sena 2027. Il-Kummissjoni qed tipproponi tnaqqis ...
Read More

MALTA GĦANDHA TKUN KAWTA F’INIZJATTIVI POLITIĊI ĠODDA FIŻ-ŻONA EWRO

Bħala riċevitur tal-politika taż-żona ewro, Malta ma għandhiex triq oħra ħlief dik li tkun kawta f’inizjattivi politiċi ġodda maħsuba għaż-żona ...
Read More

MOGHERINI: IN-NATO TIBQA’ IL-BAŻI TAD-DIFIŻA EWROPEA

Ir-Rappreżentanta tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini kkonfermat li n-Nato hija l-pedament għad-difiża kollettiva tal-UE. Mogherini aċċertat lin-Nato u l-alleati tagħha ...
Read More

BIEX IL-BANK MALTI TAL-IŻVILUPP JEĦLES MINN PIŻIJIET ŻEJDA

Alfred Sant talab lill-Kummissjoni Ewropea biex teżenta lill-Bank Malti tal-Iżvilupp minn  piżijiet amministrattivi u spejjeż żejda. Il-Bank Malti tal-Iżvilupp twaqqaf ...
Read More

L-AKBAR TKABBIR EKONOMIKU F’GĦAXAR SNIN

Ċifri ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea kkonfermaw tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi kollha tal-UE fl-2017, b’rata ta’ tkabbir ta’ 2.4% tal-Prodott Gross Domestiku, kemm ...
Read More

M’HEMM ĦADD BĦAL ROBERT SCHUMAN FOST IL-MEXXEJJA EWROPEJ

Ir-Russja u l-Ewropa għandhom bżonn Robert Schuman ġdid biex jinnormalizza r-relazzjonijiet ta’ bejniethom. Dan qalu Konstantin Kosachev, il-Kap tal-Kumitat tal-Affarijiet ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment