L-Artisti Għawdxin Christopher Saliba, Rachel Galea, Manuel Farrugia u Anthony Caruana qed jesebixxu 24 xogħol tal-arti bit-tema ‘Inħaddnu l-bidla f’Għawdex’, fil-Parlament Ewropew fi Brussell. L-esebizzjoni hija espressjoni artistika tal-aspirazzjonijiet tal-Għawdxin waqt li l-gżira Għawdxija għaddejja minn bidliet qawwija ekonomiċi, soċjali u kulturali minn ħdanha u minn barra.
“Din hija opportunita` eċċellenti għalina l-artisti biex nindirizzaw il-kwistjoni tal-poplu li jgħix f’Għawdex li dejjem jeħtieġ isib bilanċ bejn il-ħarsien tal-identita` u l-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-kontemporanjeta`”, qal l-artist Christopher Saliba lil ġurnalisti fi Brussell.
Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, li nediet l-esebizzjoni, qalet li l-esebiti tal-artisti Għawdxin jirrappreżentaw gżira żgħira li tfawwar b’talenti artistiċi u kreattivi.
“Il-pitturi jixhdu moħħ u qalb il-bniedem filwaqt li jirrakkontaw it-tbissim u d-dmugħ tagħna, l-ansjetajiet u l-aspirazzjonijiet tagħna.” qalet il-Ministru Caruana.
Il-Kap tad-delegazzjoni Maltija Laburista tal-Parlament Ewropew Dr Alfred Sant, li stieden l-artisti Għawdxin jesebixxu l-kreazzjonijiet artistiċi tagħhom fi Brussell, qal li b’insularita` doppja, l-gżira ċkejkna tal-komunita` Għawdxija għandha sfidi kontinwi maħluqa mill-post moderniżmu u mill-ħtieġa li tadatta għan-nuqqas ta’ kontinwita` ekonomiċi u soċjali.
“L-artisti Għawdxin qed jagħtu xiehda tal-esperjenzi li joħorġu minn dawn l-isfidi li affettwaw – u għadhom jaffettwaw b’mod sinifikanti – l-identita` u l-profil kulturali ta’ gżirithom.” qal Dr Sant.
L-esebizzjoni ġiet koordinata u mwaqqfa mill-Kuratur Manwel Grima.
MALTA M’GĦANDHIEX IĠĠORR PIŻIJIET ŻEJDA TAL-POLITIKA TAD-DIFIŻA TAL-UE
Read More
LEJN GWERRA KUMMERĊJALI
Read More
IL-PARLAMENT EWROPEW IĦADDAN IL-BIDLA F’GĦAWDEX
Read More
€150 MILJUN GĦAR-RITORN TAL-IMMIGRANTI
Read More
MITEJN SENA BIEX L-ISTATI BALKANI JLAĦĦQU MAL-UE
Read More
L-AWSTRIJA KONTRA IMPJANT NUKLEARI F’BUDAPEST
Read More
PROPOSTI ĠODDA DWAR TASSAZZJONI FL-UE PERIKOLUŻI GĦAL MALTA
Read More
470, 000 PERSUNA FIS-SENA BIL-KANĊER TAL-MUSRANA L-KBIRA FL-EWROPA
Read More
Post a comment