“Il-Polonja, Slovakkja, Repubblika Ċeka u dalwaqt anki l-Italja” se jingħaqdu mal-Ungerija fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni. F’diskors f’għeluq il-170 anniversarju mir-Rivoluzzjoni Ungeriża, il-Prim Ministru Ungeriż Victor Orban indirizza eluf ta’ Ungeriżi dwar il-ġlieda tiegħu kontra l-immigrazzjoni li ilu jwettaq sa minn mindu ħa l-poter fl-2010.
Bl-islogan ‘L-Ungerija l-Ewwel’, Orban attakka l-Unjoni Ewropea u l-‘imperu globalista’ li minnu tagħmel parti.
“Miljuni ta’ Ewropej immexxija minn sentimenti nazzjonali huma kontra ċ-ċittadini elitisti tad-dinja u kontra dawk li bidlu lil Ewropa mingħajr ma talbu l-opinjoni taċ-ċittadini Ewropej. Ejjew nkunu kburin li aħna konna l-uniku pajjiż fl-UE li staqsa lil niesu x’jaħseb dwar l-immigrazzjoni tal-massa”, qal il-Prim Ministru Ungeriż f’referenza diretta għar-referendum li sar f’pajjiżu fl-2016 dwar il-kwoti tal-immigranti imposti mill-Kummissjoni Ewropea.
Orban attakka kontinwament lil biljunarju Amerikan ta’ oriġini Ungeriżi George Soros, akkużat minn Orban li qed jappoġġja b’mod insidjuż kandidati oħra rivali tiegħu.
Orban huwa l-favorit li jerġa’ jirbaħ l-elezzjonijiet fl-Ungerija fl-4 ta’ April.
GWERRA KUMMERĊJALI BEJN L-ISTATI UNITI U L-UE MA TOLQOTX DIRETTAMENT LIL MALTA
Read More
50,000 IŻLAMIST RADIKALI FL-EWROPA
Read More
ORBAN IFITTEX L-APPOĠĠ TAL-ITALJA KONTRA L-IMMIGRAZZJONI
Read More
DOMBROVSKIS JAPPREZZA L-ISFORZI TA’ ALFRED SANT DWAR ID-DIRETTIVA TAL-ASSIGURAZZJONI
Read More
10% TAL-KAROZZI BIL-GASS SAL-2030
Read More
F’MINORANZA ASSOLUTA
Read More
€3 BILJUNI OĦRA GĦAR-REFUĠJATI FIT-TURKIJA
Read More
IĊ-ĊINA U l-INDJA B’OĠĠETTI U MEDIĊINI FOLOZ
Read More
Post a comment