Aktar minn 50,000 Iżlamist radikali u ġellieda barranin li ġew lura fuq art Ewropea qed iżidu t-tħassib ta’ aktar attentati terroristiċi fil-kontinent. Sentejn ilu, fit-22 ta’ Marzu fi Brussell it-terroriżmu ħalla 32 persuna mejta u aktar minn 300 midruba. Għalkemm l-ISIS qed jitilfu l-art fis-Sirja, ir-radikalizzazzjoni ġiħadista għadha theddida kbira għall-Belġju u għall-Ewropa.

Fil-Belġju biss huwa stmat li jgħixu 2, 000 iżlamist radikali. F’dawn l-aħħar sentejn ittieħdu passi importanti fil-Belġju u fuq livell Ewropew biex tiġi indirizzata l-problema. Aktar miżuri tas-sigurta`, spjunaġġ fuq livell Ewropew u mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni bejn il-pajjiżi għenu biex tinħoloq aktar kuxjenza fuq il-problema.

Jinħtieġu aktar miżuri tas-sigurta` mingħajr ma jinħoloq stat ta’ allert u fl-istess waqt jibqgħu jiġu rrispettati d-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni. Tinħtieġ riforma biex l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-gvernijiet issir aħjar u aktar malajr.

Il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni tibqa’ l-qofol għall-eliminazzjoni tat-terroriżmu. Għalkemm qed isiru ħafna inizjattivi b’dan il-għan li qed iħallu frott, l-iktar inizjattivi li qed iħallu impatt huma dawk li jsiru minn komunitajiet iżlamiċi stess. Tinħtieġ titjieb il-politika ta’ integrazzjoni għax ħafna minnha falliet. Politika ġdida għandha ssaħħaħ is-sens ta’ appartenenza fil-pajjiż.

Fis-26 ta’ Frar 2018, rapport tal-Parlament Ewropew irrakkomanda numru ta’ miżuri li jitwettqu permezz ta’ investigazzjonijiet konġunti mat-timijiet tal-Europol. Dawn jinkludu monitoraġġ ta’ organizzazzjonijiet suspettati b’attivitajiet illeċiti ta’ kummerċ, kutrabandu u frodi. M’hemmx soluzzjonijiet sempliċi u immedjati, iżda tinħtieġ soluzzjoni b’viżjoni għal futur u strateġija ċara biex tkun imnaqqsa din it-theddida.

GWERRA KUMMERĊJALI BEJN L-ISTATI UNITI U L-UE MA TOLQOTX DIRETTAMENT LIL MALTA

F’eventwalita` ta’ gwerra kummerċjali bejn l-Istati Uniti u l-UE  ma jkunx hemm effett dirett fuq Malta. Malta tintlaqat f’każ li l-"gwerra" ...
Read More

50,000 IŻLAMIST RADIKALI FL-EWROPA

Aktar minn 50,000 Iżlamist radikali u ġellieda barranin li ġew lura fuq art Ewropea qed iżidu t-tħassib ta’ aktar attentati ...
Read More

ORBAN IFITTEX L-APPOĠĠ TAL-ITALJA KONTRA L-IMMIGRAZZJONI

“Il-Polonja, Slovakkja, Repubblika Ċeka u dalwaqt anki l-Italja” se jingħaqdu mal-Ungerija fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni. F’diskors f’għeluq il-170 anniversarju mir-Rivoluzzjoni Ungeriża, ...
Read More

DOMBROVSKIS JAPPREZZA L-ISFORZI TA’ ALFRED SANT DWAR ID-DIRETTIVA TAL-ASSIGURAZZJONI

Il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea Valdis Dombrovskis esprima l-apprezzament tiegħu għall-ħidma li wettaq Alfred Sant biex tkun posposta d-Direttiva tad-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni. L-Ewroparlamentari ...
Read More

10% TAL-KAROZZI BIL-GASS SAL-2030

Produtturi ta’ karozzi li jaħdmu bil-gass naturali jgħidu li sas-sena 2030 se jkollhom 10% tas-suq Ewropew u saħansitra 20-30% tas-suq ...
Read More

F’MINORANZA ASSOLUTA

Is-sitt Membri Parlamentari Ewropej Maltin kienu f’minoranza assoluta fil-Parlament Ewropew f’votazzjonijiet dwar sistema ta’ taxxa komuni fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea ...
Read More

€3 BILJUNI OĦRA GĦAR-REFUĠJATI FIT-TURKIJA

Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet lill-istati membri tal-UE biex jimmobilizzaw €3 biljuni oħra għar-refuġjati Sirjani fit-Turkija. Il-Kummissarju tal-Immigrazzjoni Dimitris Avramopoulos qal li ...
Read More

IĊ-ĊINA U l-INDJA B’OĠĠETTI U MEDIĊINI FOLOZ

Iċ-Ċina tibqa’ l-aktar pajjiż li tħasseb l-Ewropa fil-qasam tal-piraterija u falsifikazzjoni, filwaqt li l-Indja tħasseb l-aktar għal qasam tal-mediċini, qalet ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment