Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet lill-istati membri tal-UE biex jimmobilizzaw €3 biljuni oħra għar-refuġjati Sirjani fit-Turkija. Il-Kummissarju tal-Immigrazzjoni Dimitris Avramopoulos qal li diġa` nħarġet is-somma ta’ €3 skont kif wiegħdet il-Kummissjoni Ewropea fl-2016. Dak iż-żmien il-Kummissjoni ssuġġeriet li biljun minnhom jittieħdu mill-baġit Ewropew filwaqt li €2 biljun ewro jingħataw mill-istati membri.

It-€3 biljun ewro li nħarġu ntefqu f’aktar minn 70 proġett li permezz tagħhom 500,000 tifel u tifla kellhom aċċess għall-edukazzjoni u 1.2 miljun refuġjat ibbenefikaw minn trasferimenti ta’ flus kontanti. It-Turkija min-naħa tagħha qalet li s-somma ma ngħatatx kollha u qed tkun rilaxxata bil-mod wisq.

“Il-finanzjament mhux għat-Turkija iżda huwa għar-refuġjati preżenti fit-Turkija u minkejja d-diffikultajiet, il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u t-Turkija hija meħtieġa biex jingħelbu “sfidi komuni”. qal Avramopoulos.

Fl-2016 kien ġie deċiż li l-gwardjani tal-kosta Torok ma jħallux lir-refuġjati jitilqu lejn l-UE u jintbagħtu lura lit-Turkija l-immigranti kollha Sirjani li jaslu fl-Ewropa biex jitolbu l-asil.

Il-Kummissjoni Ewropea temmen li din is-somma finanzjarja l-ġdida hija ta’ għajnuna għar-refuġjati u tagħti “sinjal b’saħħtu li t-Turkija u l-Unjoni Ewropea huma impenjati f’din ir-relazzjoni”.

Is-summit bejn it-Turkija u l-Unjoni f’Varna se jsir fis-26 ta’ Marzu. Il-Kummissjoni Ewropea qed tistenna summit “ta’ suċċess”.

GWERRA KUMMERĊJALI BEJN L-ISTATI UNITI U L-UE MA TOLQOTX DIRETTAMENT LIL MALTA

F’eventwalita` ta’ gwerra kummerċjali bejn l-Istati Uniti u l-UE  ma jkunx hemm effett dirett fuq Malta. Malta tintlaqat f’każ li l-"gwerra" ...
Read More

50,000 IŻLAMIST RADIKALI FL-EWROPA

Aktar minn 50,000 Iżlamist radikali u ġellieda barranin li ġew lura fuq art Ewropea qed iżidu t-tħassib ta’ aktar attentati ...
Read More

ORBAN IFITTEX L-APPOĠĠ TAL-ITALJA KONTRA L-IMMIGRAZZJONI

“Il-Polonja, Slovakkja, Repubblika Ċeka u dalwaqt anki l-Italja” se jingħaqdu mal-Ungerija fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni. F’diskors f’għeluq il-170 anniversarju mir-Rivoluzzjoni Ungeriża, ...
Read More

DOMBROVSKIS JAPPREZZA L-ISFORZI TA’ ALFRED SANT DWAR ID-DIRETTIVA TAL-ASSIGURAZZJONI

Il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea Valdis Dombrovskis esprima l-apprezzament tiegħu għall-ħidma li wettaq Alfred Sant biex tkun posposta d-Direttiva tad-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni. L-Ewroparlamentari ...
Read More

10% TAL-KAROZZI BIL-GASS SAL-2030

Produtturi ta’ karozzi li jaħdmu bil-gass naturali jgħidu li sas-sena 2030 se jkollhom 10% tas-suq Ewropew u saħansitra 20-30% tas-suq ...
Read More

F’MINORANZA ASSOLUTA

Is-sitt Membri Parlamentari Ewropej Maltin kienu f’minoranza assoluta fil-Parlament Ewropew f’votazzjonijiet dwar sistema ta’ taxxa komuni fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea ...
Read More

€3 BILJUNI OĦRA GĦAR-REFUĠJATI FIT-TURKIJA

Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet lill-istati membri tal-UE biex jimmobilizzaw €3 biljuni oħra għar-refuġjati Sirjani fit-Turkija. Il-Kummissarju tal-Immigrazzjoni Dimitris Avramopoulos qal li ...
Read More

IĊ-ĊINA U l-INDJA B’OĠĠETTI U MEDIĊINI FOLOZ

Iċ-Ċina tibqa’ l-aktar pajjiż li tħasseb l-Ewropa fil-qasam tal-piraterija u falsifikazzjoni, filwaqt li l-Indja tħasseb l-aktar għal qasam tal-mediċini, qalet ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment