F’eventwalita` ta’ gwerra kummerċjali bejn l-Istati Uniti u l-UE  ma jkunx hemm effett dirett fuq Malta. Malta tintlaqat f’każ li l-“gwerra” tinfirex, biż-żewġ naħat jimponu t-tariffi u kontrolli tal-importazzjoni fuq il-merkanzija li jibagħtu lil xulxin, ħaġa li ġġib magħha nuqqas ta’ fiduċja fl-ekonomija dinjija, tnaqqas l-investiment u l-konsum u tista’ anke twassal għal riċessjoni. Jekk bejniethom iż-żewġ naħat iżidu fil-firxa ta’ prodotti li fuqhom idaħħlu d-dazji, fost taxxi oħrajn, dan jaf ikun ta’ problema għal Malta jekk is-sanzjonijiet eventwalment jibdew ikopru prodotti oħrajn, bħal dawk manifatturati minn ST Microelectronics. Dan qalu Alfred Sant meta mistoqsi dwar ir-riperkussjonijiet tat-tilwim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u l-UE.

“S’issa għadna ftit bogħod minn hekk,” saħaq Dr Sant.

Fiċ-ċirkostanzi attwali Dr Sant saħaq li x’aktarx Malta aktar tkun qiegħda timporta azzar u aluminju minn sorsi Ewropej li naturalment ma jintlaqtux fl-esportazzjoni tagħhom lejn pajjiżna iżda biss fil-każ ta’ importazzjoni lejn l-Istati Uniti.

“Hu x’inhu l-użu li l-industriji lokali jagħmlu minn dawn il-materjali, anke fir-rigward tat-Tarznari, l-użu huwa wieħed minimu u kwalunkwe żieda fil-prezz tagħhom mhix se jkollha daqstant effett,” qal Dr Sant.

Il-Kummissarju tal-Kummerċ Cecilia Malmström telgħet Washington biex tiżgura li l-UE tkun eżentata mit-taxxi imposti mill-President Donald Trump fuq l-importazzjoni tal-azzar u l-aluminju li deħlin fis-seħħ fit-23 ta’ Marzu. Fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li qed isseħħ f’dawn il-jumejn il-mexxejja tal-UE mistennija juru għaqda u appoġġ għal miżuri li tista’ tkun qed tieħu l-Kummissjoni Ewropea f’dan ir-rigward.

GWERRA KUMMERĊJALI BEJN L-ISTATI UNITI U L-UE MA TOLQOTX DIRETTAMENT LIL MALTA

F’eventwalita` ta’ gwerra kummerċjali bejn l-Istati Uniti u l-UE  ma jkunx hemm effett dirett fuq Malta. Malta tintlaqat f’każ li l-"gwerra" ...
Read More

50,000 IŻLAMIST RADIKALI FL-EWROPA

Aktar minn 50,000 Iżlamist radikali u ġellieda barranin li ġew lura fuq art Ewropea qed iżidu t-tħassib ta’ aktar attentati ...
Read More

ORBAN IFITTEX L-APPOĠĠ TAL-ITALJA KONTRA L-IMMIGRAZZJONI

“Il-Polonja, Slovakkja, Repubblika Ċeka u dalwaqt anki l-Italja” se jingħaqdu mal-Ungerija fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni. F’diskors f’għeluq il-170 anniversarju mir-Rivoluzzjoni Ungeriża, ...
Read More

DOMBROVSKIS JAPPREZZA L-ISFORZI TA’ ALFRED SANT DWAR ID-DIRETTIVA TAL-ASSIGURAZZJONI

Il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea Valdis Dombrovskis esprima l-apprezzament tiegħu għall-ħidma li wettaq Alfred Sant biex tkun posposta d-Direttiva tad-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni. L-Ewroparlamentari ...
Read More

10% TAL-KAROZZI BIL-GASS SAL-2030

Produtturi ta’ karozzi li jaħdmu bil-gass naturali jgħidu li sas-sena 2030 se jkollhom 10% tas-suq Ewropew u saħansitra 20-30% tas-suq ...
Read More

F’MINORANZA ASSOLUTA

Is-sitt Membri Parlamentari Ewropej Maltin kienu f’minoranza assoluta fil-Parlament Ewropew f’votazzjonijiet dwar sistema ta’ taxxa komuni fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea ...
Read More

€3 BILJUNI OĦRA GĦAR-REFUĠJATI FIT-TURKIJA

Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet lill-istati membri tal-UE biex jimmobilizzaw €3 biljuni oħra għar-refuġjati Sirjani fit-Turkija. Il-Kummissarju tal-Immigrazzjoni Dimitris Avramopoulos qal li ...
Read More

IĊ-ĊINA U l-INDJA B’OĠĠETTI U MEDIĊINI FOLOZ

Iċ-Ċina tibqa’ l-aktar pajjiż li tħasseb l-Ewropa fil-qasam tal-piraterija u falsifikazzjoni, filwaqt li l-Indja tħasseb l-aktar għal qasam tal-mediċini, qalet ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment