Il-Kummissjoni Ewropea approvat finanzjament pubbliku Kroat għal ħames konnessjonijiet regolari bejn il-gżejjer Kroati u l-kontinent Ewropew. Il-kumpaniji marittimi magħżula b’tender se jkunu qed jieħdu kumpens ta’ €33.8 miljun talli joffru servizz pubbliku. Dan il-kumpens se jkopri d-differenza bejn id-dħul mill-biljetti tal-vapur u l-ispiża tat-tħaddim tal-vapuri regolarment. Għadd ta’ gżejjer se jibbenefikaw minn dan il-mezz ta’ konnettivita` bil-baħar: Ugljan, Ošljak, Pašman u Hvar. Il-Kummissjoni Ewropea approvat din il-miżura għax ħasset li kienet meħtieġa biex jitħaddmu r-rotot inkwistjoni. Il-Kummissjoni Ewropea ħasset li dan mhux se jaffettwa il-kompetizzjoni fis-suq intern u għalhekk approvatha skont ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-istat għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali.
IL-GREĊJA, L-IRLANDA U R-RUMANIJA GĦALL-QORTI DWAR ĦASIL TA’ FLUS
Read More
IR-RENJU UNIT JIPPROPONI KUMMERĊ ĦIELES MAL-UE
Read More
NEGOZJATI MAL-ISTATI UNITI DWAR IL-KUMMERĊ
Read More
IT-TURKIJA MA GĦADHIEX FI STAT TA’ EMERĠENZA
Read More
PRIJORITA` LI L-IMMIGRANTI JKOLLHOM GĦAJNUNA F’PAJJIŻHOM
Read More
KONNETTIVITA` GĦAL GŻEJJER KROATI BL-GĦAJNUNA TAL-ISTAT
Read More
7000 GĦAWDXI JAĦDMU MALTA
Read More
KONTRA T-TRAFFIKAR TAL-ANNIMALI DOMESTIĊI
Read More
Post a comment