Hija prijorita` li l-immigranti jingħataw għajnuna f’art twelidhom biex tkun evitata l-immigrazzjoni sfurzata. Dan qalu Alfred Sant meta vvota favur rapport li rrakkomanda abbozz dwar l-emendi tal-budget bl-għan li jkunu mobilizzati €500 miljun għal finanzjament tal-akbar parti tal-budget tal-2018 iddedikata lil Faċilita` tar-Refuġjati fit-Turkija. Dan il-finanzjament se jkun iddedikat l-aktar għall-edukazzjoni ta’ tfal Sirjani refuġjati fit-Turkija.

Is-somma ta’ €500 miljun Ewro hija meħtieġa biex titkompla l-edukazzjoni tat-tfal refuġjati fit-Turkija. Peress li nafu kemm faċilment is-sitwazzjoni tar-refuġjati fit-Turkija tista’ tispiċċa f’ħoġor l-UE, kull assistenza f’dan ir-rigward għandha tingħata prijorita`.

“Il-Faċilita` tar-Refuġjati fit-Turkija hija t-tweġiba tal-UE biex tagħti appoġġ lir-refuġjati f’pajjiż ta’ transitu. Dan il-finanzjament huwa wkoll kruċjali għal kull tama ta’ suċċess li jista’ jkollha l-politika tal-ażil tal-UE. Il-provvediment tal-finanzjament meħtieġ biex jiġu pprovduti l-ħtiġijiet u l-opportunitajiet bażiċi għar-refuġjati fit-Turkija, speċjalment lit-tfal refuġjati, huwa essenzjali. Il-mudell tat-Turkija bil-kisbiet tiegħu jista’ jipprovdi direzzjoni tajba fejn dan ma jkunx possibbli. ”

L-oqsma ewlenin huma l-assistenza umanitarja, l-edukazzjoni, il-ġestjoni tal-immigrazzjoni, is-saħħa, l-infrastruttura muniċipali u l-appoġġ soċjoekonomiku. Skond il-Ġnus Magħquda, it-Turkija attwalment tospita aktar minn 3.5 miljun refuġjat Sirjan reġistrat u ta’ min ifaħħarha għall-isforzi li qed twettaq biex tipprovdilhom appoġġ u għajnuna umanitarja.

Ir-rapport għadda b’548 voti favur, 70 kontra u 61 astenzjoni.

IL-GREĊJA, L-IRLANDA U R-RUMANIJA GĦALL-QORTI DWAR ĦASIL TA’ FLUS

Il-Kummissjoni Ewropea rreferiet lil Greċja, ir-Rumanija u lil Irlanda lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE għax naqsu milli jimplimentaw, fil-liġi nazzjonali tagħhom, id-direttiva ...
Read More

IR-RENJU UNIT JIPPROPONI KUMMERĊ ĦIELES MAL-UE

Ir-Renju Unit ippubblika White Paper dwar ir-relazzjonijiet futuri mal-Unjoni Ewropea. Id-dokument, twil 104 paġna, bbażat fuq il-proposta ta’ żona ta’ ...
Read More

NEGOZJATI MAL-ISTATI UNITI DWAR IL-KUMMERĊ

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump nieda l-bidu tan-negozjati dwar il-kummerċ mal-UE fiż-żjara tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker f’Washington fil-25 ...
Read More

IT-TURKIJA MA GĦADHIEX FI STAT TA’ EMERĠENZA

It-Turkija ma għadhiex fi stat ta’ emerġenza sentejn wara l-attentat kolp ta’ stat li seħħ fil-15 ta’ Lulju 2016. L-istat ...
Read More

PRIJORITA` LI L-IMMIGRANTI JKOLLHOM GĦAJNUNA F’PAJJIŻHOM

Hija prijorita` li l-immigranti jingħataw għajnuna f’art twelidhom biex tkun evitata l-immigrazzjoni sfurzata. Dan qalu Alfred Sant meta vvota favur ...
Read More

KONNETTIVITA` GĦAL GŻEJJER KROATI BL-GĦAJNUNA TAL-ISTAT

Il-Kummissjoni Ewropea approvat finanzjament pubbliku Kroat għal ħames konnessjonijiet regolari bejn il-gżejjer Kroati u l-kontinent Ewropew. Il-kumpaniji marittimi magħżula b’tender ...
Read More

7000 GĦAWDXI JAĦDMU MALTA

Rappreżentanti tal-‘Assoċċjazzjoni tal-Impjegati Għawdxin f’Malta’ ltaqgħu mal-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant fix-Xewkija, Għawdex fejn iddeskrivew ir-realtajiet soċjali u ekonomiċi ...
Read More

KONTRA T-TRAFFIKAR TAL-ANNIMALI DOMESTIĊI

Il-Parlament Ewropew se jiddiskuti miżuri kontra t-traffikar tal-annimali domestiċi, billi tiddaħħal l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-klieb u l-qtates. Riżoluzzjoni li se ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment