Il-Kummissjoni Ewropea rreferiet lil Greċja, ir-Rumanija u lil Irlanda lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE għax naqsu milli jimplimentaw, fil-liġi nazzjonali tagħhom, id-direttiva kontra l-ħasil tal-flus li daħlet fis-seħħ aktar minn sena ilu.

Il-Kummissarju għal Ġustizzja Vera Jourova qalet li pajjiż tal-UE ma jistax ikollu dawn in-nuqqasijiet għax flejjes maħsula fi stat Ewropew ħafna drabi jkunu ta’ appoġġ għal kriminali fi stat Ewropew ieħor.

Il-Kummissjoni ssuġġeriet ukoll li l-Qorti timponi somma flus bħala penali u multi għal kull ġurnata ta’ dewmien li l-pajjiżi jieħdu biex idaħħlu l-miżuri meħtieġa. L-istati membri kellhom sa Ġunju 2017 biex jimplimentaw din id-direttiva li ddaħħal regoli ġodda ta’ trasparenza u tħaffef l-iskambju ta’ informazzjoni għal fini ta’ spjunaġġ finanzjarju. Minn dak inhar, ħafna mill-istati membri addottaw il-leġislazzjoni meħtieġa. Il-Kummissjoni bħalissa qed tifli ħidmet l-għoxrin pajjiż biex tiddeċiedi tagħlaqx jew tkomplix il-proċeduri kontrihom.

Il-Kummissjoni wisset lil Latvja, Spanja u Malta jridu jġibu l-liġijiet nazzjonali tagħhom konformi mal-liġi tal-UE fix-xahrejn li ġejjin, inkella jistgħu wkoll jiġu riferuti lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.

IL-GREĊJA, L-IRLANDA U R-RUMANIJA GĦALL-QORTI DWAR ĦASIL TA’ FLUS

Il-Kummissjoni Ewropea rreferiet lil Greċja, ir-Rumanija u lil Irlanda lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE għax naqsu milli jimplimentaw, fil-liġi nazzjonali tagħhom, id-direttiva ...
Read More

IR-RENJU UNIT JIPPROPONI KUMMERĊ ĦIELES MAL-UE

Ir-Renju Unit ippubblika White Paper dwar ir-relazzjonijiet futuri mal-Unjoni Ewropea. Id-dokument, twil 104 paġna, bbażat fuq il-proposta ta’ żona ta’ ...
Read More

NEGOZJATI MAL-ISTATI UNITI DWAR IL-KUMMERĊ

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump nieda l-bidu tan-negozjati dwar il-kummerċ mal-UE fiż-żjara tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker f’Washington fil-25 ...
Read More

IT-TURKIJA MA GĦADHIEX FI STAT TA’ EMERĠENZA

It-Turkija ma għadhiex fi stat ta’ emerġenza sentejn wara l-attentat kolp ta’ stat li seħħ fil-15 ta’ Lulju 2016. L-istat ...
Read More

PRIJORITA` LI L-IMMIGRANTI JKOLLHOM GĦAJNUNA F’PAJJIŻHOM

Hija prijorita` li l-immigranti jingħataw għajnuna f’art twelidhom biex tkun evitata l-immigrazzjoni sfurzata. Dan qalu Alfred Sant meta vvota favur ...
Read More

KONNETTIVITA` GĦAL GŻEJJER KROATI BL-GĦAJNUNA TAL-ISTAT

Il-Kummissjoni Ewropea approvat finanzjament pubbliku Kroat għal ħames konnessjonijiet regolari bejn il-gżejjer Kroati u l-kontinent Ewropew. Il-kumpaniji marittimi magħżula b’tender ...
Read More

7000 GĦAWDXI JAĦDMU MALTA

Rappreżentanti tal-‘Assoċċjazzjoni tal-Impjegati Għawdxin f’Malta’ ltaqgħu mal-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant fix-Xewkija, Għawdex fejn iddeskrivew ir-realtajiet soċjali u ekonomiċi ...
Read More

KONTRA T-TRAFFIKAR TAL-ANNIMALI DOMESTIĊI

Il-Parlament Ewropew se jiddiskuti miżuri kontra t-traffikar tal-annimali domestiċi, billi tiddaħħal l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-klieb u l-qtates. Riżoluzzjoni li se ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment