Rappreżentanti tal-‘Assoċċjazzjoni tal-Impjegati Għawdxin f’Malta’ ltaqgħu mal-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant fix-Xewkija, Għawdex fejn iddeskrivew ir-realtajiet soċjali u ekonomiċi li jiltaqgħu magħhom kuljum l-Għawdxin li jaħdmu Malta. L-għan tal-għaqda huwa li jħarsu, jiffaċilitaw u jtejbu d-drittijiet, l-interess u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati Għawdxin f’Malta. Aktar minn 7000 Għawdxi u Għawdxija jaħdmu f’Malta, 3000 fis-settur privat u 4000 fis-settur pubbliku.

“Aħna ninsabu minoranza f’minoranza. Napprezzaw jekk ittella’ l-vuċi  tagħna fuq livell Ewropew.” qalu ż-żgħażagħ lil Alfred Sant waqt li elenkaw problemi u tbatijiet li jaffaċċjaw biex jivvjaġġaw kuljum bejn iż-żewġ gżejjer u anke irreferew għall-kirjiet dejjem jogħlew għal dawk Il-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f’Malta.

Sean Zammit qal li hija problema għal impjegati Għawdxin li ta’ kuljum jaqsmu minn Għawdex għal Malta għax-xogħol. “L-ispejjeż tat-trasport dejjem jiżdiedu. Nikkalkolaw li nitilfu 48 ġurnata kull sena nivvjaġġaw bejn iż-żewġ gżejjer għax-xogħol.”

Dr Sant stieden liż-żgħażagħ biex jagħmlu studju dwar il-problemi u l-ispejjeż tat-trasport u jipproponu soluzzjonijiet għall-konsiderazzjoni tal-awtoritajiet.

Dr Sant qal li qed jaħdem ma’ MEPs minn gżejjer Ewropej biex il-vuċi ta’ dawk li jgħixu fil-gżejjer u fil-periferja tal-Ewropa tasal bi proposti konkreti quddiem il-KE.  Qal li flimkien ma’ MEP Kroat li jirrappreżenta l-gżejjer Kroati kkonvinċew lill-KE tniedi proġett ta’ €12-miljun għal ambjent aktar nadif fil-gżejjer Ewropej.

IL-GREĊJA, L-IRLANDA U R-RUMANIJA GĦALL-QORTI DWAR ĦASIL TA’ FLUS

Il-Kummissjoni Ewropea rreferiet lil Greċja, ir-Rumanija u lil Irlanda lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE għax naqsu milli jimplimentaw, fil-liġi nazzjonali tagħhom, id-direttiva ...
Read More

IR-RENJU UNIT JIPPROPONI KUMMERĊ ĦIELES MAL-UE

Ir-Renju Unit ippubblika White Paper dwar ir-relazzjonijiet futuri mal-Unjoni Ewropea. Id-dokument, twil 104 paġna, bbażat fuq il-proposta ta’ żona ta’ ...
Read More

NEGOZJATI MAL-ISTATI UNITI DWAR IL-KUMMERĊ

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump nieda l-bidu tan-negozjati dwar il-kummerċ mal-UE fiż-żjara tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker f’Washington fil-25 ...
Read More

IT-TURKIJA MA GĦADHIEX FI STAT TA’ EMERĠENZA

It-Turkija ma għadhiex fi stat ta’ emerġenza sentejn wara l-attentat kolp ta’ stat li seħħ fil-15 ta’ Lulju 2016. L-istat ...
Read More

PRIJORITA` LI L-IMMIGRANTI JKOLLHOM GĦAJNUNA F’PAJJIŻHOM

Hija prijorita` li l-immigranti jingħataw għajnuna f’art twelidhom biex tkun evitata l-immigrazzjoni sfurzata. Dan qalu Alfred Sant meta vvota favur ...
Read More

KONNETTIVITA` GĦAL GŻEJJER KROATI BL-GĦAJNUNA TAL-ISTAT

Il-Kummissjoni Ewropea approvat finanzjament pubbliku Kroat għal ħames konnessjonijiet regolari bejn il-gżejjer Kroati u l-kontinent Ewropew. Il-kumpaniji marittimi magħżula b’tender ...
Read More

7000 GĦAWDXI JAĦDMU MALTA

Rappreżentanti tal-‘Assoċċjazzjoni tal-Impjegati Għawdxin f’Malta’ ltaqgħu mal-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant fix-Xewkija, Għawdex fejn iddeskrivew ir-realtajiet soċjali u ekonomiċi ...
Read More

KONTRA T-TRAFFIKAR TAL-ANNIMALI DOMESTIĊI

Il-Parlament Ewropew se jiddiskuti miżuri kontra t-traffikar tal-annimali domestiċi, billi tiddaħħal l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-klieb u l-qtates. Riżoluzzjoni li se ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment