Alfred Sant ma ħax sehem fir-riżoluzzjoni kontra l-Gvern Ungeriż ta’ Victor Orban fil-Parlament Ewropew. Sant qal li l-aġir politiċizzat ta’ kif il-Parlament Ewropew jinvestiga kwistjonijiet ta’ governanza jxejjen il-kredibilita` u l-leġittimita` tal-investigazzjonijiet ta’ din ix-xorta. La l-proċess hu vvizzjat, sehem fil-vot dwaru, anke b’astensjoni, jagħtih leġittimità li m’għandux, enfasizza Sant.
“Kull kwistjoni dwar governanza interna fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea għandha titqies bħala delikata ħafna. M’hemmx dubju, ċerti valuri essenzjali għad-demokrazija Ewropea għandhom jiġu rispettati minn kulħadd. U għalhekk il-proċess li bih tiġi mistħarrġa kwalunkwe problema f’dal-qasam, tqum fejn tqum, għandu jkun oġġettiv u trasparenti għall-aħħar. Fil-Parlament Ewropew żgur li dan mhux qed jiġri. Il-proċess jinħema bla trasparenza u b’mod politiċizzat.”
Dr Sant qal li investigazzjonijiet simili għal ta’ Malta kienu ppreġudikati għall-aħħar u l-għaqdiet mhux governattivi Maltin kienu magħżula b’mod partiġġjan u minn sfera waħda.
“Meta d-delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew ġew Malta l-hekk imsejħa għaqdiet mhux governattivi biex ikunu konsultati dwar is-sitwazzjoni f’Malta ġew magħżula b’mod partiġġjan.”
Alfred Sant qal li fuq il-bażi tal-informazzjoni li hija disponibbli, huwa ma jaqbilx ma’ bosta mill-aġir politiku tal-Gvern Ungeriż preżenti minħabba l-orjentazzjoni illiberali u awtoritarji tagħhom.
INVESTIGAZZJONIJIET IVVIZZJATI
Read More
700,000 IMMIGRANT JISTENNEW FIL-LIBJA BIEX JAQSMU LEJN L-EWROPA
Read More
GĦAJNUNA LIL AFRIKA
Read More
MILIZJI KONTRA L-IMMIGRANTI FL-EWROPA ĊENTRALI
Read More
MIRI FUQ IL-KARTA
Read More
APPROVATI PROPOSTI TA’ ALFRED SANT
Read More
KONTRA ELEZZJONIJIET FL-UKRAINA TAL-LVANT
Read More
NIPPROTEĠU L-ARTISTI MALTIN
Read More
Post a comment