L-Awtoritajiet Ċeki u Sloveni jinsabu mħassba dwar milizji armati li qed jgħassu għall-immigranti. Rapport tas-servizzi sigrieti Ċeki jitkellem dwar il-grupp Gwardja Nazzjonali.

“Parti minn dan il-grupp qed ikun armat. Minħabba li l-membri tiegħu huma xenofobiċi u razzisti jistgħu jkunu ta’ riskju,” qal ir-rapport.

Il-grupp għandu 2, 500 membru mqassmin f’90 fergħa differenti. Dawn jgħassu t-toroq ta’ villaġġi żgħar Ċeki biex isibu immigranti irregolari. Huwa maħsub li għandhom konnessjoni mal-pulizija lokali u l-appoġġ tal-partit tax-xellug estrem Demokrazija Nazzjonali.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ċek qal li gruppi ta’ dan it-tip iġorru r-riskju li jwettqu protesti vjolenti, bħal dawk li ġraw fil-Ġermanja f’Chemnitz f’Awwissu.

“In-nies li jemmnu li la l-istat u l-anqas l-Ewropa ma tista’ ssib rkaptu tal-kriżi tal-immigrazzjoni, jieħdu l-affarijiet f’idejhom biex jipproteġu lil familji u l-propjeta` tagħhom.” qal Andor Sandor, l-ex kap tal-ispjunaġġ militari Ċek.

Ftit tal-ġranet ilu fis-Slovenja, politikant tal-lemin estrem Andrej Sisko, fuq facebook tella’ ritratt tiegħu ma’ sebgħin raġel mgħammda u armati b’machine guns. Il-grupp ‘Stajerska Guard’ deher qed jieħu ġurament biex jiżgura l-ordni pubbliku fil-pajjiż. Il-grupp diġa` jgħodd  mijiet ta’ nies.

Il-President Sloven Borut Pahor qal li fis-Slovenja l-ebda persuni mhux awtorizzati ma jistgħu jieħdu ħsieb is-sigurta` tal-pajjiż u l-fruntieri tagħha.

Ir-Repubblika Ċeka ħadet biss 12-il immigrant mill-Ġreċja u l-Italja taħt l-iskema tal-Kummissjoni Ewropea għat-tqassim ġust tal-immigranti. Tat l-ażil lil 145 persuna. Is-Slovenja tat l-ażil lil 152 persuna is-sena l-oħra. Is-Slovenja ibbojkotjat l-iskema tal-Kummissjoni, flimkien mal-Ungerija u l-Polonja.

Il-Prim Ministru Ċek Andrej Babis wiegħed li se jieħu t-triq ta’ kontra l-immigrazzjoni flimkien mal-Ungerija u l-Italja.

INVESTIGAZZJONIJIET IVVIZZJATI

Alfred Sant ma ħax sehem fir-riżoluzzjoni kontra l-Gvern Ungeriż ta’ Victor Orban fil-Parlament Ewropew. Sant qal li l-aġir politiċizzat ta’ ...
Read More

700,000 IMMIGRANT JISTENNEW FIL-LIBJA BIEX JAQSMU LEJN L-EWROPA

Gruppi armati li jittraffikaw l-immigranti jinsabu fil-Libja biex jittraffikaw aktar immigranti lejn l-Ewropa. Bħalissa hemm 700,000 immigrant fil-Libja lesti biex ...
Read More

GĦAJNUNA LIL AFRIKA

Franza u tliet pajjiżi tal-Benelux – Belġju, Lussemburgu u Olanda ħabbru pjan biex joffru fondi tal-UE lil pajjiżi Afrikani jekk ...
Read More

MILIZJI KONTRA L-IMMIGRANTI FL-EWROPA ĊENTRALI

L-Awtoritajiet Ċeki u Sloveni jinsabu mħassba dwar milizji armati li qed jgħassu għall-immigranti. Rapport tas-servizzi sigrieti Ċeki jitkellem dwar il-grupp ...
Read More

MIRI FUQ IL-KARTA

L-UE fi kwistjonijiet importanti, bħall-indirizzar tal-kriżi tal-immigrazzjoni, il-koeżjoni soċjali u ekonomika u l-iżbilanċi soċjali, l-UE ma kinitx deċiża f’dawn l-aħħar ...
Read More

APPROVATI PROPOSTI TA’ ALFRED SANT

Il-Plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu approvat ir-rapport dwar il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal sistema komuni ta’ VAT fir-rigward ta’ skemi speċjali ...
Read More

KONTRA ELEZZJONIJIET FL-UKRAINA TAL-LVANT

L-UE hija kontra l-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari li se jseħħu f’Luhansk u Donetsk fil-11 ta’ Novembru 2018. “Din l-aħbar tmur ...
Read More

NIPPROTEĠU L-ARTISTI MALTIN

L-artisti u l-awturi Maltin u Għawdxin, l-imħuħ kreattivi fl-Ewropa u l-media indipendenti għandhom jiġu protetti u mħallsa b’mod ġust għax-xogħol ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment