Il-Plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu approvat ir-rapport dwar il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal sistema komuni ta’ VAT fir-rigward ta’ skemi speċjali għall-intrapriżi ż-żgħar. Il-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew (ECON) kien adotta l-emendi li ppropona  Alfred Sant lill-abbozz tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-iskema speċjali ta’ eżenzjoni tal-VAT għall-intrapriżi ż-żgħar madwar l-UE. L-Iskema taġġorna arranġamenti diġa` eżistenti li bihom l-SMEs huma eżentati minn ċerti obbligazzjonijiet ta’ VAT li huma amministrattivament diffiċli għalihom. Testendi wkoll is-sistema tal-eżenzjoni għal intrapriżi żgħar  li jibdew jesportaw.

Ir-rapport approvat illum inkluda l-emendi tal-MEP Malti dwar l-iffaċilitar ta’ transazzjonijiet tal-intrapriżi żgħar f’ekonomiji żgħar bħal Malta u Għawdex. L-emendi ta’ Dr Sant servew biex itejbu l-miżuri li diġa` kienu fl-abbozz tal-Kummissjoni bl-għan li jitħaffef il-piż għal konformita` fuq l-intrapriżi ż-żgħar madwar l-UE u jkunu megħjuna biex jieħdu sehem aktar fil-kummerċ bejn pajjiżi membri oħra bis-saħħa tal-estensjoni tal-iskema ta’ eżenzjoni.

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew –  bħala shadow rapporteur f’isem l-S&D –  kien ippropona bidliet favur l-SMEs li jaffaċċjaw fatturi staġjonali jew domanda irregolari, permezz ta’ estensjoni tar-reġim transitorju previst fid-Direttiva. Meta l-intrapriżi żgħar  jaqbżu l-limiti ta’ eżenzjoni, għandhom jingħataw perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ sentejn, pjuttost milli ta’ sena, li matulhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istatus ta’ eżenzjoni. Dan biex ikunu aġevolati l-SMEs li jaffaċċjaw perijodi tajbin u oħrajn diffiċli fit-tkabbir ekonomiku tagħhom. Ir-rapport ġie approvat b’618 vot favur, 40 kontra u 24 astensjoni.

INVESTIGAZZJONIJIET IVVIZZJATI

Alfred Sant ma ħax sehem fir-riżoluzzjoni kontra l-Gvern Ungeriż ta’ Victor Orban fil-Parlament Ewropew. Sant qal li l-aġir politiċizzat ta’ ...
Read More

700,000 IMMIGRANT JISTENNEW FIL-LIBJA BIEX JAQSMU LEJN L-EWROPA

Gruppi armati li jittraffikaw l-immigranti jinsabu fil-Libja biex jittraffikaw aktar immigranti lejn l-Ewropa. Bħalissa hemm 700,000 immigrant fil-Libja lesti biex ...
Read More

GĦAJNUNA LIL AFRIKA

Franza u tliet pajjiżi tal-Benelux – Belġju, Lussemburgu u Olanda ħabbru pjan biex joffru fondi tal-UE lil pajjiżi Afrikani jekk ...
Read More

MILIZJI KONTRA L-IMMIGRANTI FL-EWROPA ĊENTRALI

L-Awtoritajiet Ċeki u Sloveni jinsabu mħassba dwar milizji armati li qed jgħassu għall-immigranti. Rapport tas-servizzi sigrieti Ċeki jitkellem dwar il-grupp ...
Read More

MIRI FUQ IL-KARTA

L-UE fi kwistjonijiet importanti, bħall-indirizzar tal-kriżi tal-immigrazzjoni, il-koeżjoni soċjali u ekonomika u l-iżbilanċi soċjali, l-UE ma kinitx deċiża f’dawn l-aħħar ...
Read More

APPROVATI PROPOSTI TA’ ALFRED SANT

Il-Plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu approvat ir-rapport dwar il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal sistema komuni ta’ VAT fir-rigward ta’ skemi speċjali ...
Read More

KONTRA ELEZZJONIJIET FL-UKRAINA TAL-LVANT

L-UE hija kontra l-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari li se jseħħu f’Luhansk u Donetsk fil-11 ta’ Novembru 2018. “Din l-aħbar tmur ...
Read More

NIPPROTEĠU L-ARTISTI MALTIN

L-artisti u l-awturi Maltin u Għawdxin, l-imħuħ kreattivi fl-Ewropa u l-media indipendenti għandhom jiġu protetti u mħallsa b’mod ġust għax-xogħol ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment