Il-Kummissjoni Ewropea qed tkompli l-proċeduri kontra l-Ungerija, il-Polonja u r-Repubblika Ċeka talli ma aċċettawx immigranti skont il-pjan ta’ rilokazzjoni ta’ Settembru 2015. Il-Kummissarju Dimitris Avramopoulos qal li wara t-twissija tal-Kummissjoni f’Ġunju, l-ebda pajjiż imsemmi ma indika li lest jilqa’ nies li qed ifittxu l-ażil.

F’Lulju l-Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea ma aċċettax it-talba tal-2015 tal-Ungerija u s-Slovakkja kontra r-rilokazzjoni tal-immigranti mill-Italja u l-Greċja. Din hija aħbar tajba,  qal il-Kummissarju Avramopoulos għax tikkonferma li l-politika ta’ rilokazzjoni hija ġustifikata u tajba għax tneħħi mill-piż fuq l-Italja u l-Greċja.

Skont id-deċiżjoni tal-Kunsill, kull tliet xhur, kull stat membru jrid joffri postijiet għar-rilokazzjoni. L-Ungerija qatt ma offriet postijiet għal dan il-għan, il-Polonja ilha ma toffri post minn Diċembru tal-2015 filwaqt li r-Repubblika Ċeka ilha minn Awwissu tal-2016. Il-pjan ta’ rilokazzjoni mistenni jiġi fi tmiemu f’Settembru li ġej. Il-Kummissjoni qalet li l-obbligi legali tal-istati membri kollha mhux se jintemmu f’Settembru wkoll.

Il-proċedura ta’ rilokazzjoni se tibqa’ tapplika għal persuni kollha li jaslu l-Greċja u l-Italja sas-26 ta’ Settembru 2017. L-applikanti eleġibbli jridu jiġu rilokati f’perijodu ta’ żmien raġjonevoli.

F’Ġunju biss saru 3, 000 rilokazzjoni. Sa l-aħħar ta’ Lulju r-rilokazzjonijiet laħqu total ta’ 24, 676 (16, 803 mill-Greċja u 7, 873 mill-Italja). Hemm 4, 800 applikant ieħor jistennew fil-Greċja għar-rilokazzjoni. Sa Settembru din iċ-ċifra se tlaħħaq 6, 800. Fl-Italja għadhom qed jaslu ħafna kandidati li huma eleġibbli bħal fil-każ tal-Eritreani. Madwar 25, 000 waslu l-Italja u 10, 000 minnhom huma reġistrati biex jiġu rilokati.

L-‘ALLA ĠOVE’ DIĠA` BEDA JITLEF MILL-POPOLARITA`

Emmanuel Macron diġa` beda jitlef mill-popolarita`. Wara biss tliet xhur fit-tmun tal-pajjiż qed inaqqas mill-fiduċja qalb l-ansjeta` li qed iqanqal ...
Read More

XEJRIET DIFFERENTI DWAR L-EWRO FIL-LVANT U FIL-PUNENT TAL-EWROPA

Stħarriġ fost il-pajjiżi membri jindika żjieda fix-xettiċiżmu għall-munita ewro f’ħafna pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa u tal-pajjiżi Skandinavi. Fl-istess żmien żied l-appoġġ ...
Read More

AZZJONIJIET KONTRA L-UNGERIJA, IL-POLONJA U R-REPUBBLIKA ĊEKA FUQ L-IMMIGRAZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea qed tkompli l-proċeduri kontra l-Ungerija, il-Polonja u r-Repubblika Ċeka talli ma aċċettawx immigranti skont il-pjan ta’ rilokazzjoni ta’ ...
Read More

JAQBLU DWAR KOOPERAZZJONI FIL-MEDITERRAN ĊENTRALI

Malta, il-Ġermanja, l-Awstrija, Franza, l-Italja, Slovenja u l-Isvizzera flimkien ma’ sitt pajjiżi Afrikani – Alġerija, Libja, Mali, Niger, Chad u ...
Read More

IL-KUMMISSJONI EWROPEA SE TILTAQA’ MAL-PAJJIŻI TAL-VISEGRAD

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker irid jiltaqa’ mal-pajjiżi tal-Visegrad (l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja) biex jiddiskutu l-futur tal-Unjoni Ewropea. Din ...
Read More

SITT PAJJIŻI TAL-BALKANI JAQBLU DWAR ŻONA EKONOMIKA REĠJONALI

Sitt pajjiżi tal-Punent tal-Balkani – l-Albanija, ir-Repubblika tal-Maċedonja, Bosnija-Herzegovina, Montenegro, Kosovo u s-Serbja qablu dwar pjan ta’ azzjoni biex jifformaw ...
Read More

DISKUSSI OSTAKLI GĦAL ŻONI REMOTI FL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea se taffaċċja numru ta’ kwistjonijiet reġjonali wara l-vaganzi tas-Sajf. Dawn jinkludu ostakli għall-kooperazzjoni bejn l-istati membri u strateġija ...
Read More

SARAJEVO TĦEJJI GĦAD-DĦUL FL-UE

Il-Bosnija-Herzegovina qed taspira li tkun kandidat uffiċċjali biex tidħol fl-UE sa sena oħra. Dan qalu Denis Zvizdic, Chairperson tal-Kunsill tal-Ministri ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment