Malta, il-Ġermanja, l-Awstrija, Franza, l-Italja, Slovenja u l-Isvizzera flimkien ma’ sitt pajjiżi Afrikani – Alġerija, Libja, Mali, Niger, Chad u t-Tuniżija ffirmaw dikjarazzjoni f’Tunis fejn wiegħdu li jżidu l-kooperazzjoni ta’ bejniethom bl-għan li jikkontrollaw aħjar il-mewġa tal-immigrazzjoni fiċ-ċentru tal-Mediterran.

Il-Kummissarju tal-Immigrazzjoni Dimitris Avramopoulos qal li jeħtieġ aktar solidarjeta` u responsabbilta` kollettiva għax pajjiż inidividwali ma jistax jegħleb waħdu l-isfida tal-immigrazzjoni iżda hemm bżonn ta’ politika komuni. Id-dikjarazzjoni ta’ Tunis titratta tliet oqsma – il-kawżi tal-immigrazzjoni illegali, aktar azzjoni u kooperazzjoni biex tonqos il-mewġa ta’ immigranti, kooperazzjoni fuq ir-ritorn tal-immigranti jekk mhux eleġibbli għal protezzjoni internazzjonali.

Id-dikjarazzjoni tinkludi l-konklużjonijiet tal-Valletta Summit f’Novembru tal-2015 dwar l-iżvilupp ta’ reġjuni li għadhom lura permezz ta’ taħriġ, finanzjament ta’ intrapriżi u żieda fl-impjiegi fil-pajjiżi tal-oriġini. Twiegħed li jiżdied il-kooperazzjoni fuq l-assistenza teknika, taħriġ, skambju ta’ informazzjoni u anki tiżdied il-ġlieda kontra l-kriminalita` u t-traffikanti tal-persuni permezz ta’ taħriġ u tagħmir apposta.

Il-pajjiżi firmatarji wiegħdu kampanji ta’ tagħrif għal aktar għarfien dwar ir-riskji tal-immigrazzjoni illegali u biex ikun faċilitat ir-ritorn tal-immigranti li jridu jmorru lura f’pajjiżhom.

Fl-2017 s’issa waslu 112, 018 immigrant illegali fl-Ewropa, 85% minnhom waslu l-Italja.  2, 361 mietu waqt it-traġitt.

L-‘ALLA ĠOVE’ DIĠA` BEDA JITLEF MILL-POPOLARITA`

Emmanuel Macron diġa` beda jitlef mill-popolarita`. Wara biss tliet xhur fit-tmun tal-pajjiż qed inaqqas mill-fiduċja qalb l-ansjeta` li qed iqanqal ...
Read More

XEJRIET DIFFERENTI DWAR L-EWRO FIL-LVANT U FIL-PUNENT TAL-EWROPA

Stħarriġ fost il-pajjiżi membri jindika żjieda fix-xettiċiżmu għall-munita ewro f’ħafna pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa u tal-pajjiżi Skandinavi. Fl-istess żmien żied l-appoġġ ...
Read More

AZZJONIJIET KONTRA L-UNGERIJA, IL-POLONJA U R-REPUBBLIKA ĊEKA FUQ L-IMMIGRAZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea qed tkompli l-proċeduri kontra l-Ungerija, il-Polonja u r-Repubblika Ċeka talli ma aċċettawx immigranti skont il-pjan ta’ rilokazzjoni ta’ ...
Read More

JAQBLU DWAR KOOPERAZZJONI FIL-MEDITERRAN ĊENTRALI

Malta, il-Ġermanja, l-Awstrija, Franza, l-Italja, Slovenja u l-Isvizzera flimkien ma’ sitt pajjiżi Afrikani – Alġerija, Libja, Mali, Niger, Chad u ...
Read More

IL-KUMMISSJONI EWROPEA SE TILTAQA’ MAL-PAJJIŻI TAL-VISEGRAD

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker irid jiltaqa’ mal-pajjiżi tal-Visegrad (l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja) biex jiddiskutu l-futur tal-Unjoni Ewropea. Din ...
Read More

SITT PAJJIŻI TAL-BALKANI JAQBLU DWAR ŻONA EKONOMIKA REĠJONALI

Sitt pajjiżi tal-Punent tal-Balkani – l-Albanija, ir-Repubblika tal-Maċedonja, Bosnija-Herzegovina, Montenegro, Kosovo u s-Serbja qablu dwar pjan ta’ azzjoni biex jifformaw ...
Read More

DISKUSSI OSTAKLI GĦAL ŻONI REMOTI FL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea se taffaċċja numru ta’ kwistjonijiet reġjonali wara l-vaganzi tas-Sajf. Dawn jinkludu ostakli għall-kooperazzjoni bejn l-istati membri u strateġija ...
Read More

SARAJEVO TĦEJJI GĦAD-DĦUL FL-UE

Il-Bosnija-Herzegovina qed taspira li tkun kandidat uffiċċjali biex tidħol fl-UE sa sena oħra. Dan qalu Denis Zvizdic, Chairperson tal-Kunsill tal-Ministri ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment