Stħarriġ fost il-pajjiżi membri jindika żjieda fix-xettiċiżmu għall-munita ewro f’ħafna pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa u tal-pajjiżi Skandinavi. Fl-istess żmien żied l-appoġġ għall-ewro f’pajjiżi membri oħra bħal Franza.

Id-Danimarka hija eżentata milli tidħol fiż-żona ewro, imma l-pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa li saru membri wara s-sena 2000 ma għandhomx din l-eżenzjoni.

Fil-pajjiżi tal-Lvant, li jinkludu l-Polonja u r-Repubblika Ċeka, l-appoġġ għall-ewro naqas fost in-nuqqas ta’ qbil mal-politika ta’ Brussell. Fir-Repubblika Ċeka 4 persuni minn kull ħamsa jixtiequ jibqgħu bil-munita nazzjonali tagħhom. Fil-Bulgarija 55% tal-popolazzjoni ma tridx tadotta l-ewro. Fil-Polonja terz tal-popolazzjoni biss tixtieq tidħol fiż-żona ewro. Fl-Ungerija, minkejja l-ewroxettiċiżmu tal-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban, 58% tal-popolazzjoni tixtieq tadotta l-ewro.

Fil-pajjiżi Skandinavi bħall-Isvezja u d-Danimarka terz tal-popolazzjoni biss taħseb li hi idea tajba li pajjiżhom jidħol fiż-żona ewro.

Il-pajjiżi tal-Lvant obbligati jidħlu fiż-żona ewro meta l-ekonomiji tagħhom ikunu sodi biżżejjed biex jgħaddu mill-għarbiel tal-UE. Dan il-punt qiegħed fil-qrib imma issa l-pajjiżi tal-Lvant qed ikunu akkużati li qed jonqsu mill-wegħdiet politiċi tagħhom apposta biex jidhru li mhumiex lesti jidħlu fiż-żona ewro.

Il-pajjiżi li għadhom mhux fiż-żona ewro jridu jadottaw l-ewro sal-2025, imma attentat biex il-gvernijiet demokratiċi tagħhom ikunu mġiegħla jagħmlu dan jaf ikollu konsegwenzi riskjużi.

Il-munita ewro hija popolari ħafna fid-19-il stat li adottawha, bl-istħarriġ juri li fl-ebda stat membru taż-żona ewro l-popolazzjoni ma tivvota kontriha. Brussell tinsab sodisfatta ħafna bir-riżultati fil-Greċja, l-Italja u Franza li fil-passat kollha semmew l-idea li joħorġu miż-żona ewro u li issa reġa’ ħa rankatura sew l-appoġġ għall-munita.

L-‘ALLA ĠOVE’ DIĠA` BEDA JITLEF MILL-POPOLARITA`

Emmanuel Macron diġa` beda jitlef mill-popolarita`. Wara biss tliet xhur fit-tmun tal-pajjiż qed inaqqas mill-fiduċja qalb l-ansjeta` li qed iqanqal ...
Read More

XEJRIET DIFFERENTI DWAR L-EWRO FIL-LVANT U FIL-PUNENT TAL-EWROPA

Stħarriġ fost il-pajjiżi membri jindika żjieda fix-xettiċiżmu għall-munita ewro f’ħafna pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa u tal-pajjiżi Skandinavi. Fl-istess żmien żied l-appoġġ ...
Read More

AZZJONIJIET KONTRA L-UNGERIJA, IL-POLONJA U R-REPUBBLIKA ĊEKA FUQ L-IMMIGRAZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea qed tkompli l-proċeduri kontra l-Ungerija, il-Polonja u r-Repubblika Ċeka talli ma aċċettawx immigranti skont il-pjan ta’ rilokazzjoni ta’ ...
Read More

JAQBLU DWAR KOOPERAZZJONI FIL-MEDITERRAN ĊENTRALI

Malta, il-Ġermanja, l-Awstrija, Franza, l-Italja, Slovenja u l-Isvizzera flimkien ma’ sitt pajjiżi Afrikani – Alġerija, Libja, Mali, Niger, Chad u ...
Read More

IL-KUMMISSJONI EWROPEA SE TILTAQA’ MAL-PAJJIŻI TAL-VISEGRAD

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker irid jiltaqa’ mal-pajjiżi tal-Visegrad (l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja) biex jiddiskutu l-futur tal-Unjoni Ewropea. Din ...
Read More

SITT PAJJIŻI TAL-BALKANI JAQBLU DWAR ŻONA EKONOMIKA REĠJONALI

Sitt pajjiżi tal-Punent tal-Balkani – l-Albanija, ir-Repubblika tal-Maċedonja, Bosnija-Herzegovina, Montenegro, Kosovo u s-Serbja qablu dwar pjan ta’ azzjoni biex jifformaw ...
Read More

DISKUSSI OSTAKLI GĦAL ŻONI REMOTI FL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea se taffaċċja numru ta’ kwistjonijiet reġjonali wara l-vaganzi tas-Sajf. Dawn jinkludu ostakli għall-kooperazzjoni bejn l-istati membri u strateġija ...
Read More

SARAJEVO TĦEJJI GĦAD-DĦUL FL-UE

Il-Bosnija-Herzegovina qed taspira li tkun kandidat uffiċċjali biex tidħol fl-UE sa sena oħra. Dan qalu Denis Zvizdic, Chairperson tal-Kunsill tal-Ministri ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment