Sitt pajjiżi tal-Punent tal-Balkani – l-Albanija, ir-Repubblika tal-Maċedonja, Bosnija-Herzegovina, Montenegro, Kosovo u s-Serbja qablu dwar pjan ta’ azzjoni biex jifformaw żona ekonomika reġjonali li ssaħħaħ il-kummerċ, l-investiment, il-mobilita` u l-ekonomija diġitali.

L-UE qed toffri sa €7 miljun ewro bħala appoġġ finanzjarju biex ikun implimentat dan il-pjan. Il-fondi se jintużaw biex fost oħrajn jitjieb l-ambjent għall-investiment u jiżdiedu l-opportunitajiet għall-kumpaniji f’din iż-żona.  Is-suq tal-Balkani għandu 20 miljun konsumatur. Iż-żona ta’ kummerċ se tkun mibnija fuq il-prinċipji tal-ftehim ta’ kummerċ ħieles tal-Ewropa Ċentrali. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret ukoll għajnuna ta’ €48 miljun ieħor għall-Fond tal-Iżvilupp u l-Innovazzjoni tal-Intrapriżi fil-Punent tal-Balkani.

Il-pjan mistenni jservi wkoll biex jgħin lill-ekonomiji tal-Punent tal-Balkani jlaħħqu mar-regoli ekonomiċi li jiġu bis-sħubija fl-UE. Iżda l-pajjiżi f’dan ir-reġjun jgħidu li huma mħassba li dan il-pjan qed isir flok isiru membri sħaħ tal-UE.

L-‘ALLA ĠOVE’ DIĠA` BEDA JITLEF MILL-POPOLARITA`

Emmanuel Macron diġa` beda jitlef mill-popolarita`. Wara biss tliet xhur fit-tmun tal-pajjiż qed inaqqas mill-fiduċja qalb l-ansjeta` li qed iqanqal ...
Read More

XEJRIET DIFFERENTI DWAR L-EWRO FIL-LVANT U FIL-PUNENT TAL-EWROPA

Stħarriġ fost il-pajjiżi membri jindika żjieda fix-xettiċiżmu għall-munita ewro f’ħafna pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa u tal-pajjiżi Skandinavi. Fl-istess żmien żied l-appoġġ ...
Read More

AZZJONIJIET KONTRA L-UNGERIJA, IL-POLONJA U R-REPUBBLIKA ĊEKA FUQ L-IMMIGRAZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea qed tkompli l-proċeduri kontra l-Ungerija, il-Polonja u r-Repubblika Ċeka talli ma aċċettawx immigranti skont il-pjan ta’ rilokazzjoni ta’ ...
Read More

JAQBLU DWAR KOOPERAZZJONI FIL-MEDITERRAN ĊENTRALI

Malta, il-Ġermanja, l-Awstrija, Franza, l-Italja, Slovenja u l-Isvizzera flimkien ma’ sitt pajjiżi Afrikani – Alġerija, Libja, Mali, Niger, Chad u ...
Read More

IL-KUMMISSJONI EWROPEA SE TILTAQA’ MAL-PAJJIŻI TAL-VISEGRAD

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker irid jiltaqa’ mal-pajjiżi tal-Visegrad (l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja) biex jiddiskutu l-futur tal-Unjoni Ewropea. Din ...
Read More

SITT PAJJIŻI TAL-BALKANI JAQBLU DWAR ŻONA EKONOMIKA REĠJONALI

Sitt pajjiżi tal-Punent tal-Balkani – l-Albanija, ir-Repubblika tal-Maċedonja, Bosnija-Herzegovina, Montenegro, Kosovo u s-Serbja qablu dwar pjan ta’ azzjoni biex jifformaw ...
Read More

DISKUSSI OSTAKLI GĦAL ŻONI REMOTI FL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea se taffaċċja numru ta’ kwistjonijiet reġjonali wara l-vaganzi tas-Sajf. Dawn jinkludu ostakli għall-kooperazzjoni bejn l-istati membri u strateġija ...
Read More

SARAJEVO TĦEJJI GĦAD-DĦUL FL-UE

Il-Bosnija-Herzegovina qed taspira li tkun kandidat uffiċċjali biex tidħol fl-UE sa sena oħra. Dan qalu Denis Zvizdic, Chairperson tal-Kunsill tal-Ministri ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment