Il-Bosnija-Herzegovina qed taspira li tkun kandidat uffiċċjali biex tidħol fl-UE sa sena oħra. Dan qalu Denis Zvizdic, Chairperson tal-Kunsill tal-Ministri tal-pajjiż tal-Balkani f’laqgħa li kellu ma’ Federica Mogherini, Rappreżentanta tal-Affarijiet Barranin tal-UE. Mogherini qalet li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea m’hija xejn ħlief mixja ta’ riformi li jolqtu l-ekonomija, is-saltna tad-dritt u l-amministrazzjoni pubblika tal-pajjiż, l-ewwel u qabel kollox biex ikunu indirizzati l-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tan-nies. Il-Bosnja għandha ssaħħaħ il-proċess ta’ riformi u l-attenzjoni trid tibqa’ fuq l-ekonomija u s-saltna tad-dritt.
Bħalissa l-UE qegħda f’taħdidiet ma’ dan il-pajjiż dwar id-dazju tas-sisa, l-enerġija, l-agrikoltura u l-qgħad. Zvizdic qal li pajjiżu se jibqa’ jaħdem fuq il-prijoritajiet biex jiżdied it-tkabbir u tkun stimolata l-ekonomija, tikber il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-kriminalita` organizzata u t-terroriżmu.
Il-Kunsill tal-Ministri Bosnijaku jaqbel li l-awtoritajiet Bosnijaċi jippreparaw programm strateġiku biex il-pajjiż jadotta liġijiet li jixbħu lil dawk tal-UE. Il-Kunsill qal ukoll li Sarajevo teħtieġ tilħaq l-istandards internazzjonali kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u għandha tieħu aktar passi biex tiġġieled ir-radikalizzazzjoni.
L-‘ALLA ĠOVE’ DIĠA` BEDA JITLEF MILL-POPOLARITA`
Read MoreXEJRIET DIFFERENTI DWAR L-EWRO FIL-LVANT U FIL-PUNENT TAL-EWROPA
Read MoreAZZJONIJIET KONTRA L-UNGERIJA, IL-POLONJA U R-REPUBBLIKA ĊEKA FUQ L-IMMIGRAZZJONI
Read MoreJAQBLU DWAR KOOPERAZZJONI FIL-MEDITERRAN ĊENTRALI
Read MoreIL-KUMMISSJONI EWROPEA SE TILTAQA’ MAL-PAJJIŻI TAL-VISEGRAD
Read MoreSITT PAJJIŻI TAL-BALKANI JAQBLU DWAR ŻONA EKONOMIKA REĠJONALI
Read MoreDISKUSSI OSTAKLI GĦAL ŻONI REMOTI FL-UE
Read MoreSARAJEVO TĦEJJI GĦAD-DĦUL FL-UE
Read More
Post a comment