It-turiżmu f’Għawdex sejjer tajjeb imma hemm bżonn ta’ aktar informazzjoni dwar kif qed jevolvi dan is-settur. Dan kien il-punt ċentrali li ħareġ mid-diskussjoni li seħħet waqt laqgħa bejn l-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant u l-Kunsill tal-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex. Dr Sant qal lill-membri tal-Kunsill li għandna nisħqu l-ħin kollu dwar iċ-ċirkostanzi speċjali ta’ Għawdex u li minħabba fihom din il-gżira teħtieġ trattament speċjali. Strateġija intelliġenti li tisħaq fuq din il-ħaġa tista’ eventwalment twassal biex inkomplu nżidu l-attivita` ekonomika f’Għawdex. L-istess bħal Malta, għalkemm id-dewmien medju tat-turisti f’Għawdex qed jonqos, in-numru ta’ ‘bednights’ żdied mhux ħażin.
Il-Membri tal-Kunsill qalu lil Dr Sant li huma interessati f’miżuri li jnaqqsu l-ispejjeż tat-turist Ewropew biex iqatta’ vaganza f’Għawdex. Fost oħrajn issemmew l-ispejjeż tat-trasport biex turisti li jaslu fl-ajruport ta’ Ħal Luqa jitilgħu Għawdex. Hawnhekk ukoll, l-Ewroparlamentari Malti qal li miżuri ta’ dan it-tip jaqgħu taħt ir-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna tal-istat. Dawn ir-regoli ma jippermettux sussidji mill-gvern fuq il-bażi li joħolqu diskrepanzi fis-suq ħieles.
Preżenti fil-laqgħa kien hemm Paul Scicluna, Chairman, Joe Muscat, CEO, Mario Loporto Vice-Chairman, Ms Pauline Spiteri, Mr Konrad Scicluna u Mr Amand Verammema.
IL-FUTUR TAL-EWROPA
Read More
L-IMMIGRAZZJONI FUQ FOMM KULĦADD
Read More
IT-TURKIJA TKOMPLI RIESQA
Read More
IL-GRIEGI JRAQQDU L-IMMIGRANTI MAGĦHOM
Read More
GĦAWDEX: SE JIBQA’ IŻOLAT?
Read More
GĦAWDEX: QUO VADIS IŻ-ŻGĦAŻAGĦ?
Read More
GĦAWDEX: ’IL FEJN IT-TURIŻMU?
Read More
‘DEJJEM RIDT RELAZZJONIJIET SPEĊJALI MAL-UE’
Read More
JIŻDIEDU L-IMPJIEGI
Read More
TIŻDIED IL-POPOLAZZJONI
Read More
X’INHU L-FRONTEX?
Read More
DRAWWIET L-EWWEL TAS-SENA
Read More
Post a comment