Il-Prim Ministru Grieg Tsipras u l-Prim Ministru Tork Davutoglu wiegħdu li se jagħmlu mill-aħjar biex jikkontrollaw il-mewġ ta’ immigranti li mit-Turkija qed jidħlu fl-Unjoni Ewropea. Huma ftehmu li jsaħħu l-kooperazzjoni bejniethom fil-ġlieda kontra t-traffikanti tal-bnedmin. It-traġedji li qed iseħħu fil-baħar Eġew hija prijorita` u l-ebda pajjiż ma jista’ jegħleb din il-kriżi waħdu.
Il-fruntiera Griega-Torka tħasseb ħafna lil Unjoni Ewropea, speċjalment lil Franza li ftit tal-jiem ilu għadha kemm talbet li jkun hemm aktar kontroll f’din iż-żona. Dan wara li l-attakki ta’ Pariġi żvelaw li wħud mit-terroristi daħlu fl-Ewropa bħala immigranti li qed jitolbu l-kenn umanitarju. Franza għalhekk qed titlob biex, fost miżuri oħra, l-immigranti li jaslu fuq xtut ewropej jitniżżlu fuq id-‘databases’ tal-Interpol. Franza talbet ukoll biex il-fruntiera Griega-Torka tkun rinforzata.
It-Turkija għandha madwar 2.2 miljun refuġjat. Bħalissa l-UE u t-Turkija qed jaħdmu fuq pjan ta’ azzjoni li jgħin lit-Turkija tirregola n-numru ta’ nies li jaslu fuq xtutha jew jitilqu minn għandha biex jidħlu fl-UE. Il-Kummissjoni pproponiet li tagħti lit-Turkija €3 biljun fuq perijodu ta’ sentejn, imma din iċ-ċifra jaf tinbidel għax fl-interess tal-UE li jkun hemm kontroll aħjar fuq il-fruntiera tat-Turkija. L-UE tixtieq li biex tpatti għal din l-għajnuna, it-Turkija terġa’ tieħu lura dawk l-immigranti li jitilqu minn fuq it-territorju tagħha u jidħlu l-UE illegalment.
Aktar minn 650, 000 persuna waslu l-Greċja mill-bidu ta’ din is-sena billi għaddew mit-Turkija. S’issa mietu 512-il persuna f’din ir-rotta.
Malta u l-Unjoni Ewropea NL28
Read More
L-IMMIGRAZZJONI TIBQA’ L-IKBAR UĠIGĦ TA’ RAS
Read More
MIŻURI ĠODDA KONTRA T-TERRORIŻMU
Read More
FRANZA TFITTEX IS-SOLIDARJETÀ TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UE
Read More
NEFQA TA’ €600 MILJUN AKTAR GĦAL FRANZA
Read More
L-AFRIKA GĦANDHA BŻONN ‘MARSHALL PLAN’
Read More
€150 MILJUN GĦAL PROĠETTI FL-AFRIKA
Read More
IL-GRIEGI U T-TOROK IMĦASSBA DWAR IL-FRUNTIERI
Read More
IS-SITT MEPS MALTIN KONTRA L-PROPOSTI ĠODDA TAT-TAXXI TAL-UE
Read More
L-INTRAPRIŻI ŻGĦAR U MEDJI : IS-SINSLA TAL-EKONOMIJA TAL-UE
Read More
IT-TURKIJA WARA L-BIEB
Read More
L-ESKLUŻJONI TAN-NISA XXEKKEL L-IŻVILUPP TAS-SOĊJETA’
Read More
IL-FONDI GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI
Read More
L-EFFETTI TAL-AGRIKOLTURA
Read More
Post a comment