L-Ungerija se titla’ fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE biex tappella kontra s-sistema ta’ kwoti obbligatorji għall-immigranti. Dan wara li l-parlament Ungeriż għadu kif għadda liġi f’Novembru li tgħid li l-kwoti jċaħħdu lil parlamenti nazzjonali milli jiddeċiedu huma għal pajjiżhom. Skont il-pjan ta’ rilokazzjoni, l-Ungerija trid tieħu 2, 000 persuna fuq perijodu ta’ sentejn. Is-Slovakkja qalet li anki hi se titla’ fil-qorti tal-ġustizzja tal-UE biex tiġġieled kontra d-deċiżjoni tal-kwoti. Il-Kummissjoni qed tgħid li legalment id-deċiżjoni tagħha hija b’saħħitha.

Pajjiż bħall-Polonja li għadu kemm kellu bidla fil-gvern, iddikjara li mhux se jaċċetta l-kwota ta’ immigranti li tawh għax qed jibża’ li jista’ jkollu fosthom terroristi moħbija. S’issa 158 rifuġjat biss ġew rilokati mill-Greċja u l-Italja, minn total ta’ 160, 000 li l-istati membri qalu li se jieħdu f’sentejn.

Franza qed tgħid li huwa impossibbli għaliha biex iddaħħal aktar rifuġjati u qed titlob biex l-UE twaqqaf kompletament il-mewġ ta’ immigranti li għadhom deħlin mil-Lvant Nofsani. Skont Franza, l-UE ma tiflaħx aktar rifuġjati u mhux se taċċetta aktar mit-30, 000 li ftehmet li se tieħu skont il-pjan ta’ rilokazzjoni.

L-Isvezja qed titlob assistenza għall-mekkaniżmu ta’ rilokazzjoni għax ma għandhiex aktar fejn tilqa’ n-nies. Id-Danimarka, li voluntarjament iddeċidiet li ddaħħal ir-refuġjati f’Settembru, indikat li anki hi se twaqqaf ir-rilokazzjoni ta’ 1, 000 mill-Greċja u l-Italja għax-xtut tagħha.

Ir-Renju Unit kellu sena rekord ta’ immigrazzjoni. Sa Ġunju 2015, fir-Renju Unit daħlu 336, 000 persuna, meta kkomparat ma’ 254, 000 għall-istess perijodu fl-2014.

265, 000 mill-immigranti kienu ċittadini tal-UE ġejjin l-aktar mir-Rumanija u l-Bulgarija. Meta wieħed inaqqas dawk l-immigranti li ħarġu mir-Renju Unit, il-pajjiż jibqa’ b’180, 000 immigrant, figura li tmur kontra l-mira tal-Prim Ministru David Cameron li jixtieq inaqqas l-immigrazzjoni għall-100, 000 kull sena. Cameron jixtieq li r-Renju Unit ikun anqas attraenti għall-ħaddiema Ewropej u ppropona li biex ħaddiem ikun eleġibbli għall-benefiċċji soċjali, jrid ikun ilu jgħix u jaħdem fir-Renju Unit għal mill-anqas erba’ snin. Din il-proposta ma niżlitx tajjeb ma’ stati membri oħra fi ħdan l-Unjoni.

Malta u l-Unjoni Ewropea NL28

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

L-IMMIGRAZZJONI TIBQA’ L-IKBAR UĠIGĦ TA’ RAS

L-Ungerija se titla’ fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE biex tappella kontra s-sistema ta’ kwoti obbligatorji għall-immigranti. Dan wara li l-parlament Ungeriż għadu ...
Read More

MIŻURI ĠODDA KONTRA T-TERRORIŻMU

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi miżuri ġodda  fil-ġlieda kontra t-terroriżmu. Qed tipproponi biex isiru aktar kontrolli fuq l-armi u ġlieda aktar ...
Read More

FRANZA TFITTEX IS-SOLIDARJETÀ TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UE

Il-Ġermanja ħabbret li se tagħti għajnuna militari lil Franza fil-ġlieda kontra l-ISIS, fosthom frejgata biex tassisti lill-aircraft carrier Franċiż Charles ...
Read More

NEFQA TA’ €600 MILJUN AKTAR GĦAL FRANZA

Il-Gvern Franċiż qal li se jonfoq €600 miljun aktar fl-2016 biex iżid il-miżuri ta’ sigurta`. B’dawn il-flus, l-istat Franċiż beħsiebu ...
Read More

L-AFRIKA GĦANDHA BŻONN ‘MARSHALL PLAN’

L-Ewropa aljenata wisq bi kriżijiet oħra biex tħaddem pjan ta’ għajnuna simili għall-Marshall Plan għall-pajjiżi Afrikani, pjan li fih l-aġenziji ...
Read More

€150 MILJUN GĦAL PROĠETTI FL-AFRIKA

L-UE se tinvesti €150 miljun f’disa’ proġetti fl-Afrika bil-ħsieb li titjieb il-governanza, id-drittijiet umani, kif ukoll l-innovazzjoni u t-tagħlim fil-kontinent ...
Read More

IL-GRIEGI U T-TOROK IMĦASSBA DWAR IL-FRUNTIERI

Il-Prim Ministru Grieg Tsipras u l-Prim Ministru Tork Davutoglu wiegħdu li se jagħmlu mill-aħjar biex jikkontrollaw il-mewġ ta’ immigranti li ...
Read More

IS-SITT MEPS MALTIN KONTRA L-PROPOSTI ĠODDA TAT-TAXXI TAL-UE

Is-sitt membri parlamentari Maltin ivvotaw kontra proposti ġodda li jġibu l-istess sistema ta’ tassazzjoni fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Minkejja dan, ...
Read More

L-INTRAPRIŻI ŻGĦAR U MEDJI : IS-SINSLA TAL-EKONOMIJA TAL-UE

Is-sinsla tal-ekonomija Ewropea u tal-ħolqien tal-impjiegi huma l-intrapriżi żgħar u medji. 9 minn kull 10 intrapriżi fl-Unjoni Ewropea jimpjegaw anqas ...
Read More

IT-TURKIJA WARA L-BIEB

Wara suluzzu twil ħafna snin, l-UE mistennija tiftaħ kapitli ġodda ta’ negozjati biex it-Turkija ssir membru sħiħ tal-UE, fosthom kapitlu ...
Read More

L-ESKLUŻJONI TAN-NISA XXEKKEL L-IŻVILUPP TAS-SOĊJETA’

L-esklużjoni tan-nisa minn pożizzjonijiet operazzjonali u ta’ deċiżjoni xxekkel l-iżvilupp tas-soċjeta’. Dan qalu Dr. Alfred Sant, il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament ...
Read More

IL-FONDI GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI

L-Unjoni Ewropea għandha fondi li jiffinanzjaw proġetti għall-iżvilupp u t-titjib fir-reġjuni differenti tagħha. Dawn jissejħu fondi għall-iżvilupp reġjonali u jistgħu ...
Read More

L-EFFETTI TAL-AGRIKOLTURA

L-agrikoltura waslet fl-Ewropa madwar 8, 500 sena ilu. Permezz tagħha, il-bnedmin ta’ dak iż-żmien bidlu l-mod ta’ għixien tagħhom u ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment