Is-sentiment pożittiv dwar l-ekonomija fiż-żona ewro jidher li reġa’ naqas, l-aktar minħabba n-nuqqas ta’ kunfidenza li qed iħossu l-konsumaturi u s-setturi tal-kostruzzjoni u s-servizzi. Dan ħareġ minn studju tal-Kummissjoni Ewropea li sar qabel l-attakki terroristiċi ta’ Brussell.
Il-Kummissjoni qalet li s-sentiment pożittiv dwar l-ekonomija fid-19-il pajjiż taż-żona ewro ilu minn Diċembru jonqos kull xahar. Dan is-sentiment kien imkejjel b’ċifra ta’ 106.6 f’Diċembru u naqas għal 103.0 fix-xahar ta’ Marzu. It-tnaqqis kien aktar minn dak imbassar mill-ekonomisti intervistati mir-Reuters li bassru rata stabbli ta’ 103.8.
Is-sentiment tal-konsumatur naqas għal -9.7 minn -8.8 u dan huwa ta’ tħassib speċjalment minħabba d-diflazzjoni li qed iġġarrab iż-żona tal-ewro.
Il-kunfidenza fis-settur tas-servizzi, l-iktar settur li jiġġenera l-prodott gross domestiku fiż-żona ewro, naqas għal 9.6 minn 10.8. Il-kunfidenza tal-manifatturi wkoll naqqset b’0.1 punti u saret -4.2.
JIŻDIED IS-SENTIMENT KONTRA L-UE
Read More
MINISTRU TAL-FINANZI GĦAŻ-ŻONA EWRO?
Read More
JIŻDIEDU L-‘ĠELLIEDA BARRANIN’ FL-EWROPA
Read More
ALFRED SANT JISTAQSI LIEMA PAJJIŻI TAL-UE SE JIEĦDU IMMIGRANTI SIRJANI
Read More
JIŻDIED ID-DEFIĊIT PUBBLIKU TA’ SPANJA
Read More
IL-ĠERMANJA SE TONFOQ AKTAR GĦAR-REFUĠJATI
Read More
L-UNJONI EWROPEA TIMPONI SANZJONIJIET KONTRA L-MEXXEJJA LIBJANI
Read More
JONQOS IS-SENTIMENT POŻITTIV DWAR L-EKONOMIJA
Read More
L-ISVIZZERA B’KUMMERĊ AKBAR MIR-RUSSJA MAL-UE
Read More
L-UE B’DEFIĊIT KUMMERĊJALI MAL-INDJA
Read More
PRINĊEP RUMAN TA’ 52 SENA
Read More
Post a comment