Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Franċiż Francios Villeroy de Galhau qal li se jżid l-impenn tiegħu biex jinħoloq Ministru tal-Finanzi għaż-żona ewro biex jikkoordina r-riformi strutturali fil-pajjiżi taż-żona ewro. De Galhau qal li n-nuqqas ta’ koordinament fil-politika ekonomika qed tiswa liż-żona ewro 2% tal-Prodott Gross Domestiku.

Ir-responsabbiltajiet tal-Ministru tal-Finanzi taż-żona ewro jkunu jinkludu l-ħolqien ta’ strateġija kollettiva għal din iż-żona, l-implimentazzjoni tagħha fl-istati li jużaw il-munita waħda, l-indirizz tal-kriżijiet u l-awtorita` li jmexxi fond monetarju apposta li aktar ’il quddiem iservi ta’ baġit għall-pajjiżi kollha taż-żona.

De Galhau tkellem dwar il-ħolqien ta’ Ministru tal-Finanzi għaż-żona ewro f’artiklu fil-gazzetta Germaniża Süddeutsche Zeitung  flimkien mal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Ġermaniż Bundesbank Jens Weidmann. Weidmann irtira kollox wara li qal lil gazzetta Germaniża oħra li dan il-pjan ma jistax jirnexxi.

Il-Parlament Ewropew ivvota favur proposta li l-profitti annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew, li din is-sena laħqu il-biljun ewro, ma jibqgħux jitqassmu lill-istati membri, inkluż lil Malta. Il-proposta hi li dawn jibdew jinżammu bħala parti minn fond ċentrali taż-żona ewro li jkun mmexxi b’mod ċentralizzat minn Ministru tal-Finanzi għaż-żona tal-ewro kollha. Il-MPE Malti Alfred Sant  ivvota kontra l-proposta. Huwa qal li mhux fl-interess ta’ Malta li noħorġu flejjes biex ngħinu fit-twaqqif ta’ istituzzjoni ċentrali ġdida għaż-żona ewro li żgur tħallilna anqas spazju fejn nieħdu d-deċiżjonijiet għalina nfusna.

JIŻDIED IS-SENTIMENT KONTRA L-UE

L-Olanda vvotat kontra l-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina f’referendum fejn 61% tal-elettorat kienu kontra u 38% ivvotaw favur il-ftehim ...
Read More

MINISTRU TAL-FINANZI GĦAŻ-ŻONA EWRO?

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Franċiż Francios Villeroy de Galhau qal li se jżid l-impenn tiegħu biex jinħoloq Ministru tal-Finanzi għaż-żona ewro ...
Read More

JIŻDIEDU L-‘ĠELLIEDA BARRANIN’ FL-EWROPA

Madwar 4,000 ċittadin tal-UE siefer lejn is-Sirja u l-Iraq biex jissieħeb mal-Istat Iżlamiku. 30% reġgħu lura fir-residenza tagħhom f’pajjiż Ewropew ...
Read More

ALFRED SANT JISTAQSI LIEMA PAJJIŻI TAL-UE  SE JIEĦDU IMMIGRANTI SIRJANI

Il-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant staqsa lill-Kummissjoni Ewropea hux se tħabbar linji gwida dettaljati dwar l-iskema tar-rilokazzjoni tas-Sirjani li bdiet ...
Read More

JIŻDIED ID-DEFIĊIT PUBBLIKU TA’ SPANJA

Id-defiċit pubbliku ta’ Spanja tela’ għal 5.16% tal-PGD, kważi punt sħiħ ta’ persentaġġ ogħla mill-mira stabbilita fuq livell Ewropew. Dan ...
Read More

IL-ĠERMANJA SE TONFOQ AKTAR GĦAR-REFUĠJATI

Il-Gvern Ġermaniż ippreżenta abbozz tal-baġit għall-2017, li jbassar żjieda fin-nefqa li tirrifletti ż-żjieda fid-dħul. Peress li fl-2017 se ssir l-elezzjoni ...
Read More

L-UNJONI EWROPEA TIMPONI SANZJONIJIET KONTRA L-MEXXEJJA LIBJANI

L-Unjoni Ewropea imponiet sanzjonijiet fuq iż-żewġ mexxejja Libjani. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ħabbar li Aguila Saleh, il-President tal-Kunsill tad-Deputati fil-Libja, għadu ...
Read More

JONQOS IS-SENTIMENT POŻITTIV DWAR L-EKONOMIJA

Is-sentiment pożittiv dwar l-ekonomija fiż-żona ewro jidher li reġa’ naqas, l-aktar minħabba n-nuqqas ta’ kunfidenza li qed iħossu l-konsumaturi u ...
Read More

L-ISVIZZERA B’KUMMERĊ AKBAR MIR-RUSSJA MAL-UE

L-Isvizzera saret it-tielet l-akbar pajjiż b’kummerċ mal-Unjoni Ewropea. L-akbar ‘trading partners’ tal-UE fl-2015 kienu l-Istati Uniti u ċ-Ċina. L-Isvizzera qabżet ...
Read More

L-UE B’DEFIĊIT KUMMERĊJALI MAL-INDJA

Il-kummerċ  bejn l-Indja u l-UE laħħaq il-€102 biljun fl-2015. L-esportazzjoni tal-UE lejn l-Indja laħqet it-€38.1 biljun filwaqt li l-esportazzjoni tal-Indja ...
Read More

PRINĊEP RUMAN TA’ 52 SENA

L-Ewropa mżejna b’arkitettura mill-isbaħ u teżori artistiċi. Ruma msemmija ħafna minħabba l-Kolossew, il-Panteon, La Fontana di Trevi, i Fori Romani, ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment