L-Ewropa mżejna b’arkitettura mill-isbaħ u teżori artistiċi. Ruma msemmija ħafna minħabba l-Kolossew, il-Panteon, La Fontana di Trevi, i Fori Romani, il-Bażilika ta’ San Pietru u Piazza Navona. Attrazzjoni turistika oħra, li forsi mhix imsemmija biżżejjed imma mhux ta’ min jitlifha huwa l-palazz tal-familja Doria Pamphilj f’Via del Corso. F’dan il-palazz tinsab kollezzjoni privata tal-arti mill-aktar rikka. Il-Familja Doria Pamphilj, li tul is-sekli ħarġu minnha saħansitra papa, kardinal u ammirall, hija waħda mill-ftit familji aristokratiċi Rumani li żammew l-art tagħhom, il-palazzi u t-teżori privati.
Il-Prinċep Jonathan Doria Pamphilj jgħix f’dan il-palazz li jinkludi kapulavuri tal-artisti Vecelli, Caravaggio u Raffaello. Il-Prinċep illum għandu 52 sena u jokkupa biss għaxart ikmamar mill-palazz li jgħodd mal-1,000 kamra. Huwa jgħix mal-partner Brażiljan tiegħu Elson Edeno Braga li għandu 47 u żewġt itfal, Emily ta’ disa’ snin u Filippo Andrea ta’ tmien snin. Din il-koppja gay kienet fost tal-ewwel fl-Italja li użat ‘surrogates’ biex ikollha t-tfal. Fl-Italja, kemm l-Unjoni Ċivili u kemm l-adozzjoni mill-koppji gay huma kontra l-liġi. Huma setgħu jagħmlu dan minħabba li għandhom ċittadinanzi oħra.
Il-Prinċep jemmen li uliedu għandhom jitgħallmu l-istorja ta’ familtu mill-100,000 dokument tal-arkivji li jinsabu fil-palazz, uħud minnhom imorru lura għas-seklu disgħa. Il-palazz jinfetaħ kuljum għall-pubbliku mid-disgħa ta’ filgħodu sas-sebgħa ta’ filgħaxija.
JIŻDIED IS-SENTIMENT KONTRA L-UE
Read MoreMINISTRU TAL-FINANZI GĦAŻ-ŻONA EWRO?
Read MoreJIŻDIEDU L-‘ĠELLIEDA BARRANIN’ FL-EWROPA
Read MoreALFRED SANT JISTAQSI LIEMA PAJJIŻI TAL-UE SE JIEĦDU IMMIGRANTI SIRJANI
Read MoreJIŻDIED ID-DEFIĊIT PUBBLIKU TA’ SPANJA
Read MoreIL-ĠERMANJA SE TONFOQ AKTAR GĦAR-REFUĠJATI
Read MoreL-UNJONI EWROPEA TIMPONI SANZJONIJIET KONTRA L-MEXXEJJA LIBJANI
Read MoreJONQOS IS-SENTIMENT POŻITTIV DWAR L-EKONOMIJA
Read MoreL-ISVIZZERA B’KUMMERĊ AKBAR MIR-RUSSJA MAL-UE
Read MoreL-UE B’DEFIĊIT KUMMERĊJALI MAL-INDJA
Read MorePRINĊEP RUMAN TA’ 52 SENA
Read More
Post a comment