L-Ewropej mhux neqsin mill-ideat u l-innovazzjoni, l-aktar fil-qasam tal-arkitettura. Periti fl-Isvezja ħolqu dar speċjali fuq siġra fin-naħa ta’ fuq ta’ dan il-pajjiż, viċin il-villaġġ ċkejken ta’ Harads. Id-dar magħmula minn struttura ħafifa tal-aluminju mqiegħda fuq iz-zkuk ta’ siġra bil-qisien ta’ 4 metri kwadri. L-isbaħ ħaġa f’din l-istruttura tant sempliċi hija l-parti esterna mdawra bil-mirja. Għalhekk tirrifletti l-ambjent ħelu tal-madwar u s-sema tant ’il fuq. Permezz tal-mirja, dan ir-rifuġju jitwaħħad mal-ħolqien.

Minn ġewwa hija magħmula mill-plywood u mit-twieqi tidher ix-xena kollha tal-ambjent naturali. Fiha hemm salott għal tnejn min-nies, sodda doppja, kamra tal-banju żgħira u terrazzin fuq il-bejt. Tidħol f’din l-istruttura permezz ta’ pont magħmul bil-ħbula u mqabbad ma’ siġra fil-viċin.

Biex l-għasafar ma jaħbtux mal-mirja, dawn ingħataw saff ta’ kuluri ultravjoletti li f’għajnejn il-bniedem ma jidhirx iżda huwa viżibbli għal għasafar.

Din l-istruttura affaxxinanti turi kif il-bniedem jirrelata man-natura u kif materjali u prodotti differenti jistgħu jintużaw f’kundizzjonijiet klimatiċi ħarxa ħafna minħabba l-kesħa.

WARA GADDAFI, ERDOGAN

Ma jgħaddix xahar li ma nisimgħux bi kriżi ġdida fl-Unjoni Ewropea. Il-kriżi tad-dejn fil-pajjiżi tal-UE, il-firxa tal-populiżmu, il-biża’ li r-Renju ...
Read More

L-ISKANDLU TAL-PANAMA JŻID IL-PRESSJONI FUQ PAJJIŻI INDIVIDWALI

Il-Kummissjoni Ewropea se żżid il-pressjoni fuq pajjiżi individwali, wara l-iskandlu tal-Panama li tefa’ dawl ġdid fuq il-fenomenu tal-evażjoni tat-taxxa. Il-Kummissjoni ...
Read More

IMMIGRAZZJONI: MEĦTIEĠ FTEHIM MAL-AFRIKA

L-Italja qed timbotta għal aktar intervent Ewropew mal-Libja simili għal dak mat-Turkija fil-qasam tal-immigrazzjoni. Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi qal ...
Read More

L-UE U T-TURKIJA MA JAFDAWX LIL XULXIN

L-ingranaġġ diplomatiku bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija huwa ristrett u ż-żewġ naħat qed iħarsu lejn xulxin b’suspett. Alfred Sant qal ...
Read More

MAL-ĦAXIX ĦAŻIN TISTA’ TOQTOL LIL BNEDMIN

Il-Parlament Ewropew ivvota favur li għal seba’ snin oħra tkompli tintuża kimika fl-Ewropa li waqt li toqtol il-ħaxix ħażin tista’ ...
Read More

L-ITALJA: PREVIŻJONIJIET REALISTIĊI U KAWTI

L-Italja għamlet previżjonijiet ekonomiċi realistiċi u kawti għat-tliet snin li ġejjin. It-tkabbir se jkun ta’ 1.2% tal-PGD fl-2016, 1.4% fl-2017 ...
Read More

VAT FUQ L-IKEL U S-SAĦĦA

L-istati membri tal-Unjoni Ewropea li ngħataw id-dritt li ma jdaħħlux il-VAT fuq prodotti tal-ikel u tas-saħħa jew oħrajn simili għandhom jibqgħu ...
Read More

SUMMIT DWAR IL-FAQAR

Il-Parlament Ewropew stieden lil Kummissjoni Ewropea u lill-pajjiżi membri għal summit dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali.  Dan wara li fil-Parlament ...
Read More

QALB IS-SIĠAR

L-Ewropej mhux neqsin mill-ideat u l-innovazzjoni, l-aktar fil-qasam tal-arkitettura. Periti fl-Isvezja ħolqu dar speċjali fuq siġra fin-naħa ta’ fuq ta’ ...
Read More

Malta u l-Unjoni Ewropea NL38

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment