L-istati membri tal-Unjoni Ewropea li ngħataw id-dritt li ma jdaħħlux il-VAT fuq prodotti tal-ikel u tas-saħħa jew oħrajn simili għandhom jibqgħu jgawdu dan id-dritt sakemm ikunu jridu u mhux jiġi impost fuqhom l-obbligu li jdaħħlu l-VAT fuq l-istess prodotti. Id-deċiżjoni finali fuq l-eżentazzjonijiet tal-VAT għandha titħalla f’idejn il-gvernijiet nazzjonali tal-UE. Dr Alfred Sant qal dan meta tkellem dwar ir-rapport dwar ir-rati minimi tal-VAT fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu.

Dr Sant qal li l-VAT hija sistema ta’ taxxa li titfa’ l-piż fuq dawk li jaqilgħu l-inqas aktar milli fuq dawk li jaqilgħu l-aktar. ‘Eżenzjonijiet mill-VAT, speċjalment dawk li jingħataw għar-raġunijiet soċjali, għandhom ikunu mħarsa. L-effetti tar-riċessjoni tal-2008, li għadhom magħna, inħassu b’mod differenti fl-istati membri tal-UE. F’qasam wieħed biss, l-impatt negattiv kien simili ħafna: il-familji li jaqilgħu l-inqas kienu dawk li l-aktar ġew milquta. Agħar minnhekk: sakemm dan kien qed iseħħ, dawk li kellhom il-flus sabu metodi ġodda biex jevadu t-taxxi li suppost ħallsu. Hi x’inhi r-raġuni għaliex inħolqu l-eżenzjonijiet mill-VAT fl-istati membri, it-tneħħija tagħhom għandha tiġi kkunsidrata biss mill-gvernijiet nazzjonali, mil-lenti tagħha nfisha u mill-perpettiva soċjali.” saħaq Dr Sant.

WARA GADDAFI, ERDOGAN

Ma jgħaddix xahar li ma nisimgħux bi kriżi ġdida fl-Unjoni Ewropea. Il-kriżi tad-dejn fil-pajjiżi tal-UE, il-firxa tal-populiżmu, il-biża’ li r-Renju ...
Read More

L-ISKANDLU TAL-PANAMA JŻID IL-PRESSJONI FUQ PAJJIŻI INDIVIDWALI

Il-Kummissjoni Ewropea se żżid il-pressjoni fuq pajjiżi individwali, wara l-iskandlu tal-Panama li tefa’ dawl ġdid fuq il-fenomenu tal-evażjoni tat-taxxa. Il-Kummissjoni ...
Read More

IMMIGRAZZJONI: MEĦTIEĠ FTEHIM MAL-AFRIKA

L-Italja qed timbotta għal aktar intervent Ewropew mal-Libja simili għal dak mat-Turkija fil-qasam tal-immigrazzjoni. Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi qal ...
Read More

L-UE U T-TURKIJA MA JAFDAWX LIL XULXIN

L-ingranaġġ diplomatiku bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija huwa ristrett u ż-żewġ naħat qed iħarsu lejn xulxin b’suspett. Alfred Sant qal ...
Read More

MAL-ĦAXIX ĦAŻIN TISTA’ TOQTOL LIL BNEDMIN

Il-Parlament Ewropew ivvota favur li għal seba’ snin oħra tkompli tintuża kimika fl-Ewropa li waqt li toqtol il-ħaxix ħażin tista’ ...
Read More

L-ITALJA: PREVIŻJONIJIET REALISTIĊI U KAWTI

L-Italja għamlet previżjonijiet ekonomiċi realistiċi u kawti għat-tliet snin li ġejjin. It-tkabbir se jkun ta’ 1.2% tal-PGD fl-2016, 1.4% fl-2017 ...
Read More

VAT FUQ L-IKEL U S-SAĦĦA

L-istati membri tal-Unjoni Ewropea li ngħataw id-dritt li ma jdaħħlux il-VAT fuq prodotti tal-ikel u tas-saħħa jew oħrajn simili għandhom jibqgħu ...
Read More

SUMMIT DWAR IL-FAQAR

Il-Parlament Ewropew stieden lil Kummissjoni Ewropea u lill-pajjiżi membri għal summit dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali.  Dan wara li fil-Parlament ...
Read More

QALB IS-SIĠAR

L-Ewropej mhux neqsin mill-ideat u l-innovazzjoni, l-aktar fil-qasam tal-arkitettura. Periti fl-Isvezja ħolqu dar speċjali fuq siġra fin-naħa ta’ fuq ta’ ...
Read More

Malta u l-Unjoni Ewropea NL38

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment