Il-Kummissjoni Ewropea se żżid il-pressjoni fuq pajjiżi individwali, wara l-iskandlu tal-Panama li tefa’ dawl ġdid fuq il-fenomenu tal-evażjoni tat-taxxa. Il-Kummissjoni kienet diġa` ddeċidiet li kumpaniji bi qligħ ta’ €750 miljun jippubblikaw informazzjoni dwar il-profitti u t-taxxi mħallsa fil-pajjiżi membri.
Sorsi qrib il-KE jgħidu li l-proposta l-ġdida tinkludi żewġ bidliet. Kapitlu speċifiku jgħid li negozji li għandhom sussidjarji fil-pajjiżi meqjusin bħala ‘Tax Havens’ m’għandhomx jagħtu rendikont biss lill-pajjiżi tal-UE. Se jkunu stabbiliti wkoll kriterji li jiddefinixxu ‘tax havens’ u anke impożizzjoni ta’ sanzjonijiet.
Il-KE kienet diġa` lestiet proposti tekniċi għad-diskussjoni, iżda l-Presidenza Olandiża qablet li l-ewwel ikun hemm dibattitu ġenerali fuq il-‘Panama Papers’. Se tkun ukoll riveduta d-direttiva tal-ħasil tal-flus biex ikun aktar faċli li jsiru l-investigazzjonijiet.
WARA GADDAFI, ERDOGAN
Read MoreL-ISKANDLU TAL-PANAMA JŻID IL-PRESSJONI FUQ PAJJIŻI INDIVIDWALI
Read MoreIMMIGRAZZJONI: MEĦTIEĠ FTEHIM MAL-AFRIKA
Read MoreL-UE U T-TURKIJA MA JAFDAWX LIL XULXIN
Read MoreMAL-ĦAXIX ĦAŻIN TISTA’ TOQTOL LIL BNEDMIN
Read MoreL-ITALJA: PREVIŻJONIJIET REALISTIĊI U KAWTI
Read MoreVAT FUQ L-IKEL U S-SAĦĦA
Read MoreSUMMIT DWAR IL-FAQAR
Read MoreQALB IS-SIĠAR
Read MoreMalta u l-Unjoni Ewropea NL38
Read More
Post a comment