L-ingranaġġ diplomatiku bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija huwa ristrett u ż-żewġ naħat qed iħarsu lejn xulxin b’suspett. Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li ftehim fuq l-influss tal-immigrazzjoni kien meħtieġ iżda rridu nirrikonoxxu n-nuqqasijiet strateġiċi li dan għandu.

“L-ikbar problema hija li r-relazzjonijiet bejn it-Turkija u l-UE huma vvelenati min-nuqqas ta’ rieda tajba miż-żewġ naħat. Dan il-velenu ilu hemm u jmur lil hinn mid-differenzi li l-Ewropa tikkritika dwar it-tmexxija awtoritarja u l-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija; il-kwistjoni tal-Kurdi; u l-problema tal-firda li teżisti f’Ċipru. Anki jekk jissolvew dawn il-kwistjonijiet kollha, in-nuqqas ta’ rieda tajba xorta tibqa’ tippersisti.”

Dr Sant qal li għad hemm nuqqas ta’ ċarezza u onesta` rigward il-futur tat-Turkija bħala membru jew le tal-Unjoni Ewropea. “L-Unjoni Ewropea tista’, b’vuċi waħda, tiddikjara li jekk it-Turkija tissodisfa r-rekwiżiti kollha li teħtieġ biex tissieħeb fl-UE, din is-sħubija sseħħ? It-tweġiba hija le.

Dan il-fatt qed ikun injorat. Allura għad ma hemmx bażi soda, li b’mod jew ieħor tiddefinixxi r-relazzjonijiet fit-tul bejn l-UE u t-Turkija. Din hija raġuni oħra għaliex l-influwenza diplomatika tal-UE mat-Turkija hija tant ristretta u għaliex iż-żewġ naħat iħarsu lejn xulxin b’suspett.”

WARA GADDAFI, ERDOGAN

Ma jgħaddix xahar li ma nisimgħux bi kriżi ġdida fl-Unjoni Ewropea. Il-kriżi tad-dejn fil-pajjiżi tal-UE, il-firxa tal-populiżmu, il-biża’ li r-Renju ...
Read More

L-ISKANDLU TAL-PANAMA JŻID IL-PRESSJONI FUQ PAJJIŻI INDIVIDWALI

Il-Kummissjoni Ewropea se żżid il-pressjoni fuq pajjiżi individwali, wara l-iskandlu tal-Panama li tefa’ dawl ġdid fuq il-fenomenu tal-evażjoni tat-taxxa. Il-Kummissjoni ...
Read More

IMMIGRAZZJONI: MEĦTIEĠ FTEHIM MAL-AFRIKA

L-Italja qed timbotta għal aktar intervent Ewropew mal-Libja simili għal dak mat-Turkija fil-qasam tal-immigrazzjoni. Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi qal ...
Read More

L-UE U T-TURKIJA MA JAFDAWX LIL XULXIN

L-ingranaġġ diplomatiku bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija huwa ristrett u ż-żewġ naħat qed iħarsu lejn xulxin b’suspett. Alfred Sant qal ...
Read More

MAL-ĦAXIX ĦAŻIN TISTA’ TOQTOL LIL BNEDMIN

Il-Parlament Ewropew ivvota favur li għal seba’ snin oħra tkompli tintuża kimika fl-Ewropa li waqt li toqtol il-ħaxix ħażin tista’ ...
Read More

L-ITALJA: PREVIŻJONIJIET REALISTIĊI U KAWTI

L-Italja għamlet previżjonijiet ekonomiċi realistiċi u kawti għat-tliet snin li ġejjin. It-tkabbir se jkun ta’ 1.2% tal-PGD fl-2016, 1.4% fl-2017 ...
Read More

VAT FUQ L-IKEL U S-SAĦĦA

L-istati membri tal-Unjoni Ewropea li ngħataw id-dritt li ma jdaħħlux il-VAT fuq prodotti tal-ikel u tas-saħħa jew oħrajn simili għandhom jibqgħu ...
Read More

SUMMIT DWAR IL-FAQAR

Il-Parlament Ewropew stieden lil Kummissjoni Ewropea u lill-pajjiżi membri għal summit dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali.  Dan wara li fil-Parlament ...
Read More

QALB IS-SIĠAR

L-Ewropej mhux neqsin mill-ideat u l-innovazzjoni, l-aktar fil-qasam tal-arkitettura. Periti fl-Isvezja ħolqu dar speċjali fuq siġra fin-naħa ta’ fuq ta’ ...
Read More

Malta u l-Unjoni Ewropea NL38

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment